1U wara dawn il-ġrajja Alla ried iġarrab lil Abraham u qallu: “Abraham!” U hu wieġbu: “Hawn jien!”
13U Abraham rafa’ għajnejh, ta ħarsa madwaru, u ra muntun warajh maqbud minn qrunu fil-friegħi. U Abraham mar u qabad il-muntun, u offrieh b’sagrifiċċju tal-ħruq minflok ibnu.
14U Abraham semma dak il-post: “Jaħweh-jire, jiġifieri, il-Mulej jipprovdi,” kif għadu jingħad sal-lum: “Fuq il-muntanja Jaħweh-jire, il-Mulej jipprovdi.”
15U għat-tieni darba l-anġlu tal-Mulej sejjaħ lil Abraham mis-smewwiet
16u qallu: “Naħlef fuq ruħi - oraklu tal-Mulej - la darba int għamilt ħaġa bħal din, u ma ċaħħadtnix minn ibnek il-waħdieni,
19U Abraham raġa’ lura ħdejn il-qaddejja tiegħu, u qabdu u telqu flimkien lejn Birsaba. U Abraham baqa’ jgħammar f’Birsaba.
20Wara dawn il-ġrajja ħabbru lil Abraham u qalulu: “Ara, lil ħuk Naħor ukoll, Milka wilditlu t-tfal:
21lil Għus, il-kbir; u ’l Buż ħuh; u ’l Kemwel, Aram,
22u ’l Kesed, u ’l Ħażu, u ’l Pildas, u ’l Ġedlaf, u ’l Betwel.”
23U Betwel wiled ’il Rebekka. Dawn it-tmienja wildithom Milka lil Naħor, ħu Abraham.
24U l-konkubina tiegħu, li kien jisimha Rewma, wilditlu wkoll ’il Tebaħ, ’il Gaħam, ’il Taħas u ’l Magħka.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.