DEWTERONOMJU 21 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 21Il-qattiel moħbi

1“Jekk fl-art li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik biex tiret, issibu fir-raba’ lil xi ħadd maqtul u mixħut fl-art bla ma jkun jaf ħadd min qatlu,

2joħorġu x-xjuħ u l-imħallfin tiegħek u jkejlu l-bogħod tal-ibliet madwar il-mejjet.

3Imbagħad meta jsibu l-eqreb belt, ix-xjuħ ta’ din il-belt jieħdu għoġla, li qatt ma jkunu ħadmu biha u li qatt ma tkun ġarret madmad.

4U x-xjuħ ta’ dik il-belt jieħdu l-għoġla f’wied dejjem bl-ilma, fejn ma jinħadimx u ma jinżerax, u hemm jiksru għonq l-għoġla fil-wied.Żwieġ ma’ mara priġuniera tal-gwerra

10“Meta toħroġ għall-gwerra kontra l-għedewwa tiegħek, u l-Mulej, Alla tiegħek, jerħihom f’idejkom u tieħu minnhom priġunieri,

11jekk fost dawn il-priġunieri tilmaħ xi mara sabiħa f’suritha u titgħaxxaq biha, int tista’ teħodha b’martek.

12“Iddaħħalha ġo darek, u hi tqarweż rasha, u taqta’ difrejha.

13Tneħħi minn fuqha l-ilbies ta’ priġuniera u toqgħod f’darek, tibki lil missierha u lil ommha għal xahar, u mbagħad int tkun tista’ tersaq lejha, u int tkun żewġha u hi martek.

14U jekk imbagħad ma tibqax togħġbok ħalliha tmur għal rasha, imma ma tistax tbigħha bil-flus, u lanqas taħqarha, għax int tkun telliftilha ġieħha.

Id-dritt tal-primoġenitu

15“Jekk raġel ikollu żewġ nisa, u jħobb lill-waħda u jistmell lill-oħra, u sew il-maħbuba sew il-mistmella jwildulu t-tfal, u l-iben il-kbir ikun tal-mistmella,.

20U jgħidu lix-xjuħ tal-belt: ‘Dan minna ma jobdix u stinat, ma jismax minn kliemna, ħali u sakranazz.’

21Imbagħad in-nies kollha ta’ beltu jħaġġruh sakemm imut, u hekk int teqred il-ħażen minn ġo nofsok; u Iżrael kollu jisimgħu u jibżgħu.

Il-katavru tal-imgħallaq

22“Jekk xi ħadd ikun ħati u jkun ħaqqu l-mewt, u toqtlu u ddendlu ma’ zokk ta’ siġra,

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help