1Ġara li fil-bidu tas-sena, meta s-slaten soltu joħorġu għall-gwerra, David bagħat lil Ġowab, u l-qaddejja tiegħu, u Iżrael kollu għall-gwerra; wara li ħarbtu l-art tal-Għammonin, dawru l-belt ta’ Rabba. Imma David baqa’ Ġerusalemm.
2Ġara li, għall-ħabta ta’ filgħaxija David qam minn friexu u mar jagħmel mixja fuq is-setaħ tal-palazz tas-sultan u minn fuq is-setaħ jilmaħ mara qiegħda tinħasel. Il-mara kienet sabiħa ħafna fl-għajn.
3U David bagħat jistaqsi min kienet dik il-mara. U qalulu: “Dik Batseba bint Eligħam, mart Urija l-Ħitti.” - u telqet lejn darha.
12David wieġeb lil Urija: “Oqgħod hawn illum ukoll, u għada nħallik tmur.” U Urija baqa’ Ġerusalemm dakinhar.
13U l-għada David stiednu biex jiekol u jixrob miegħu, u sakkru. Filgħaxija Urija mar jorqod fuq friexu mal-qaddejja ta’ sidu, u d-dar ma niżilx.
14L-għada David kiteb ittra lil Ġowab u bagħathielu ma’ Urija.
15Fl-ittra kitiblu dan il-kliem: “Qiegħed lil Urija fl-eħrex tat-taqbida quddiem nett, u intom tbiegħdu minn warajh, ħalli joqtluh u jmut.”
16Meta Ġowab kien jassedja l-belt, qiegħed lil Urija fil-post fejn kien jaf li kien hemm nies mill-aktar qalbiena.
17In-nies tal-belt ħarġu u ħabtu għal Ġowab. Ħafna mill-eżerċtu, fosthom ukoll qaddejja ta’ David, waqgħu, u miet ukoll Urija l-Ħitti.
18Imbagħad Ġowab bagħat jgħarraf lil David b’kulma ġara fil-battalja.
19Lill-messaġġier ordnalu u qallu: “Meta tkun tajt l-aħbar dwar il-battalja lis-sultan,
20jekk is-sultan jixgħel bl-għadab u jgħidlek: ‘Għaliex ersaqtu lejha daqshekk biex taħbtu għaliha? Ma kontux tafu li kienu jistgħu jwaddbu l-vleġeġ minn fuq is-swar?
21Min qatel lil Abimelek bin Ġerub-boset? Mhux mara kienet li waddbitlu l-ġebla tat-tħin minn fuq is-sur u miet f’Tebes? Għala rsaqtu daqshekk lejn is-sur?’ Int għandek twieġbu: ‘U miet ukoll il-qaddej tiegħek Urija l-Ħitti.’ ”
22U l-messaġġier telaq u mar iħabbar lil David dak kollu li bagħat jgħidlu Ġowab.
23U l-messaġġier żied jgħidlu: “L-għadu għelibna; ħarġu għalina fil-kampanja, u aħna rassejniehom lejn dħul il-bieb.
24U bdew iwaddbu l-vleġeġ minn fuq is-swar u mietu xi qaddejja tas-sultan, u miet ukoll il-qaddej tiegħek Urija l-Ħitti.”
25U David wieġeb lill-messaġġier: “Dan għid lil Ġowab: ‘Teħodhiex bi kbira din, għaliex ix-xabla teqred, issa hawn u issa hemm! Aħbat għall-belt b’qawwa akbar u ġarrafha.’ U qawwilu qalbu!
26U l-mara ta’ Urija semgħet li r-raġel tagħha Urija miet, u bkiet lil żewġha.
27Malli għadda żmien il-vistu, David bagħat għaliha u daħħalha f’daru; iżżewwiġha u wilditlu tifel. Imma dan għemil David ma għoġobx lill-Mulej.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.