1 SAMWEL 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5L-arka f’art il-Filistin

1U l-Filistin qabdu l-arka ta’ Alla, u ġibuha minn Eben-għeżer għal Asdod.

9Wara li ġarrewha waqgħet id il-Mulej fuq il-belt, u kien hemm taħbila sħiħa; u darab in-nies tal-belt, miż-żgħir sal-kbir, u ħarġulhom il-morliti.

10U bagħtu l-arka ta’ Alla f’Għekron, u meta waslet l-arka ta’ Alla f’Għekron, l-Għekronin bdew jgħajtu u jgħidu: “Ġabulna l-arka ta’ Alla ta’ Iżrael għandna, biex joqtlu lilna u l-familji tagħna.”

11U bagħtu jlaqqgħu l-prinċpijiet kollha tal-Filistin u qalulhom: “Ibagħtu lura l-arka ta’ Alla ta’ Iżrael u terġa’ lejn postha, li ma toqtolniex, lilna u l-familji tagħna.” Għax kien hemm taħwida tal-mewt fil-belt kollha. Id il-Mulej kienet tqila wisq fuqha.

12In-nies li ma kinux mietu ntlaqtu bil-morliti. L-għajjat tal-belt saħansitra wasal sas-smewwiet.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help