1U wara dawn il-ġrajja qalu lil Ġużeppi: “Ara, missierek marid.” U ħa miegħu liż-żewġ uliedu, Manassi u Efrajm.
2U ħabbru lil Ġakobb u qalulu: “Ara, ġie għandek ibnek Ġużeppi.” U Iżrael għamel ħiltu u qam bilqiegħda fuq is-sodda.
3U Ġakobb qal lil Ġużeppi: “El-Xaddaj deherli f’Luż fl-art ta’ Kangħan u berikni
8U Iżrael ra ż-żewġt itfal ta’ Ġużeppi u staqsieh: “Min huma dawn?”
9U Ġużeppi wieġeb lil Ġakobb: “Dawn huma wliedi li tani Alla hawnhekk.” U qallu: “Ressaqhom lejja biex inberikhom.”
10U għajnejn Iżrael kienu tqalu bix-xjuħija, u ma kienx jista’ jara. Ressaqhomlu lejh Ġużeppi, u hu bieshom u għannaqhom.
11U Iżrael qal lil Ġużeppi: “Ma kontx nistenna li għad nara ’l wiċċek, u, ara, issa Alla wrieni lil uliedek ukoll.”
12U Ġużeppi ħariġhom minn bejn irkupptejn missieru, u niżel wiċċu fl-art.
13Imbagħad Ġużeppi ħadhom it-tnejn: lil Efrajm b’idu l-leminija lejn in-naħa tax-xellug ta’ Iżrael, u lil Manassi bix-xellugija lejn in-naħa tal-lemin ta’ Iżrael, u ressaqhomlu lejh.
14U Iżrael medd idu l-leminija u qegħedha fuq ras Efrajm, iż-żgħir, u x-xellugija qegħedha fuq ras Manassi, b’idejh imsallbin, għax Manassi kien il-kbir,
15u bierek lil Ġużeppi u qallu:
“Alla li mxew quddiemu missirijieti,
Abraham u Iżakk;
Alla, ir-ragħaj tiegħi,
sa minn tnissili sal-lum;
16l-anġlu li salvani minn kull għawġ,
ibierek ’il dawn iż-żgħażagħ,
u jsejħu fuqhom ismi,
u isem missirijieti, Abraham u Iżakk,
u jitkattru bil-bosta fl-art.”
17U Ġużeppi ra li missieru kien qiegħed idu l-leminija fuq ras Efrajm u ma għoġbitux; u qabad id missieru biex iwarrabha minn fuq ras Efrajm għal fuq ras Manassi.
18U Ġużeppi qal lil missieru: “Mhux hekk missier! Dan hu l-kbir, qiegħed il-leminija tiegħek fuq rasu.”
19Imma missieru ma riedx u qallu: “Naf, ibni, imma naf ukoll li għad ikun ġens, u jkun kbir ukoll. Naf ukoll li ħuh iż-żgħir għad ikun akbar minnu, u n-nisel tiegħu jkun milja ta’ ġnus.”
21U Iżrael qal lil Ġużeppi: “Ara jien se mmut, imma Alla jkun magħkom u jreġġagħkom lura lejn art missirijietkom.
22U jien nagħtik xaqliba ta’ muntanja aktar minn ħutek, li jien kont ħadt minn idejn l-Amurrin bix-xabla u l-qaws tiegħi.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.