2 MAKKABIN 11 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 11Ir-rebħa fuq Lisja (165 QK)

1Ftit taż-żmien biss wara, Lisja, qarib is-sultan u tutur tiegħu, u inkarigat mill-amministrazzjoni, ma felaħx aktar għal li ġara. ’l bogħod minn Ġerusalemm, u assedjaha.

6Meta n-nies tal-Makkabi saru jafu li kien qiegħed jassedja l-fortizzi tagħhom, huma u l-kotra bdew jitolbu, inewħu u jibku, quddiem il-Mulej, biex jibgħat anġlu tajjeb għas-salvazzjoni ta’ Iżrael.

7Il-Makkabi mbagħad qabad hu l-ewwel wieħed l-armi u beda jħeġġeġ lill-oħrajn biex flimkien miegħu jtarrfu ħajjithom u jgħinu lil ħuthom; u hekk ħarġu flimkien kollhom ħeġġa.L-ittri uffiċjali (164 QK)

16L-ittra miktuba minn Lisja lil-Lhud kienet tgħid hekk: “Lisja lill-poplu Lhudi, sliem!

17“Ġwanni u Absalom, li intom bgħattu għandi, tawni din l-ittra kkupjata hawnhekk u talbuni nwettaq kulma fiha..”

22U l-ittra tas-sultan kienet tgħid hekk:

“Is-sultan Antijoku lil ħuh Lisja, sliem.

23Wara li missierna ttieħed għand l-allat, irridu li n-nies tas-saltna jieħdu ħsieb ħwejjiġhom bla tfixkil.

24Smajna li l-Lhud ma jridux jaqilbu għad-drawwiet tal-Griegi, bħalma kien jixtieq missierna, imma għażlu li jżommu d-drawwiet tagħhom u talbu għalhekk li nħalluhom jgħixu skont il-liġijiet tagħhom.

25Billi aħna rridu li dan il-poplu wkoll jgħix fil-kwiet, iddeċidejna li t-tempju jingħatalhom lura u li jkunu ggvernati skont il-liġijiet ta’ missirijiethom.

26Tagħmel tajjeb mela jekk tibgħat tiftiehem magħhom u hekk ikunu jafu bil-fehma tagħna, jifirħu u jagħtu ruħhom minn qalbhom biex jieħdu ħsieb ħwejjiġhom.”

27U din kienet l-ittra tas-sultan lill-poplu: “Is-sultan Antijoku lill-Kunsill tal-Lhud u lil-Lhud l-oħra, sliem.

28Jalla tinsabu tajbin, bħalma nixtiqukom, kif ninsabu aħna wkoll.

29Menelaw għarrafna li intom tridu terġgħu tmorru lura lejn djarkom.

30Mela dawk li jitilqu sat-tletin tax-xahar ta’ Ksantiku jkollhom is-sliem bl-assigurazzjoni

31li l-Lhud iżommu d-drawwiet tagħhom dwar l-ikel u jimxu skont il-liġijiet tagħhom bħal qabel, u ħadd minnhom b’ebda mod ma jkun imħabbat għal li sata’ naqas fl-imgħoddi bla ma kien jaf..”

34Ir-Rumani wkoll bagħtulhom ittra li kienet tgħid hekk:

“Kwintu Memmju u Titu Manju, ambaxxaturi tar-Rumani, lill-poplu Lhudi, sliem.

35Dwar dak li takom Lisja qarib tas-sultan naqblu aħna wkoll.

36Għal dak li hu deherlu li kellu jressaq quddiem is-sultan, aħsbuha sewwa fuqu, u ibagħtu lil xi ħadd malajr, biex aħna mbagħad nagħmlu li jaqblilkom, għax aħna sejrin Antjokja.

37Għalhekk fittxu ibagħtu lil xi wħud biex aħna nkunu nafu kif taħsbuha.

38Saħħa.

“Is-sena 148, nhar il-ħmistax tax-xahar ta’ Ksantiku.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help