2 SAMWEL 17 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 17Il-pjan ta’ Aħitofel

1U Aħitofel qal lil Absalom: “Ħallini nagħżel tnax-il elf ruħ u naqbad u nitlaq għal wara David dan il-lejl.

2U nasal fuqu kif ikun għajjien u idejh mitluqa, u nwerwru; in-nies kollha li hemm miegħu jaħarbu, u jien nidrob is-sultan waħdu.

3U rreġġa’ l-poplu kollu lejk, bħalma għarusa terġa’ lura għal għand żewġha. Fl-aħħar mill-aħħar int il-ħajja ta’ wieħed biss qiegħed tfittex, biex il-poplu kollu jkun fis-sliem.”

4U dan il-kliem għoġob lil Absalom u lix-xjuħ kollha ta’ Iżrael.

5Imma Absalom qalilhom: “Sejħu wkoll lil Ħusaj l-Araki, u nisimgħu xi jgħid hu wkoll.”

6U Ħusaj ġie għand Absalom, u dan kellmu u qallu: “Dan u dan qal Aħitofel: nagħmlu kif qal? Jekk le, tkellem int.”

7U Ħusaj wieġeb lil Absalom: “Din id-darba mhux tajjeb il-parir li ta Aħitofel.”

8U Ħusaj issokta: “Int taf lil missierek u lil niesu; taf li huma nies qalbiena u qalbhom kollha mrar, bħall-orsa selvaġġa meta jeħdulha l-frieħ. Imbagħad missierek hu bniedem gwerrier, u mhux se jħalli l-poplu jintelaq.

15U Ħusaj qal lil Sadok u lil Abjatar, il-qassisin: “Dan u dan il-parir ta’ Aħitofel lil Absalom u lix-xjuħ ta’ Iżrael, u dan u dan il-parir li tajtu jien.

16Issa mela fittxu morru, u agħtu l-aħbar lil David, u għidulu: ‘Tgħaddux il-lejl fil-mogħdijiet tad-deżert, imma għaddu għan-naħa l-oħra, li ma jinqabdux is-sultan u n-nies kollha li hemm miegħu.”

17U Ġonatan u Aħimagħas kienu jistennew ħdejn Għajn-rogel, u kienet tmur qaddejja u ġġibilhom l-aħbarijiet, u huma mbagħad kienu jmorru u jgħarrfu s-sultan David; għax ma kinux jissugraw jidhru deħlin il-belt.Il-mewt ta’ Absalom

24U David wasal Maħanajm; u Absalom qasam il-Ġordan, hu u n-nies kollha ta’ Iżrael miegħu.

25Absalom qiegħed lil Għamaxa minflok Ġowab fuq l-eżerċtu; Għamaxa kien bin wieħed jismu Itra, Ismagħeli, li kien resaq lejn Abigajl, bint Ġesse u oħt Seruja, omm Ġowab.2 Sam 19,14; 20,4-13.

26U Iżrael u Absalom waqqfu l-kamp fl-art ta’ Gilgħad.

27U ġara kif wasal David Maħanajm, Sobi bin Naħas minn Rabba tal-Għammonin, u Makir bin Għammijel minn Lodebar, u Barżillaj il-Gilgħadi minn Rogelim,2 Sam 9,4; 10,2; 19,32; 1 Slat 2,7.

28ġabulu ifirxa, ħsajjar, bwieqi, kwies tal-fuħħar, qamħ, xgħir, dqiq, u qamħ inkaljat, ful, għads inkaljat,2 Sam 19,32; Esd 2,61.

29għasel, u butir, nagħaġ u ġbejniet tal-baqar; ġiebu kollox quddiem David u n-nies li kellu miegħu biex jieklu, għax qalu: “Dawn in-nies bil-ġuħ, għajjiena u għatxana fid-deżert.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help