1L-aħwa, għal dak li għandu x’jaqsam mal-miġja ta’ Sidna Ġesù Kristu u l-ġemgħa tagħna biex ningħaqdu miegħu, għalissa qabel żmienu.
7Tassew li l-misteru tal-ħażen ġa qiegħed jaħdem, imma kulma għandu jiġri ma jiġrix qabel ma jkun twarrab min-nofs dak li issa qiegħed irażżnu.
8Imbagħad jinkixef il-Ħażin, u l-Mulej Ġesù joqtlu b’nifs fommu u jeqirdu bid-dija tal-preżenza tiegħu.
9Il-Ħażin għad jiġi bil-qawwa tax-Xitan, u jagħmel kull xorta ta’ mirakli u sinjali u għeġubijiet foloz,Mt 24,24; Apk 13,11-13.
10u jinqeda b’kull xorta ta’ qerq u ħażen fuq dawk li huma kkundannati għall-qerda għax ma ħabbewx u ma laqgħux il-verità biex isalvaw.
11Għalhekk Alla qed jibagħtilhom kontrihom qawwa qarrieqa biex jemmnu l-gideb,2 Tim 4,4.
12ħalli b’hekk dawk kollha li ma jemmnux il-verità, imma jogħġobhom il-ħażen, ikunu kkundannati.
Il-maħturin għas-salvazzjoni13Aħna għandna niżżu ħajr dejjem ’l Alla minħabba fikom, l-aħwa maħbubin mill-Mulej, għaliex Alla għażilkom biex tkunu l-ewwel frott tal-fidwa bil-qdusija tal-Ispirtu s-Santu u l-fidi fil-verità.Dt 33,12; Ġw 15,16; Ef 1,4; 1 Tess 1,2; 2 Tess 1,3. 1 Tess 4,7; 5,9.
14Għal dan Alla sejħilkom permezz tal-Evanġelju tagħna, biex ikollkom sehem fil-glorja ta’ Ġesù Kristu.
15Mela, l-aħwa, żommu ruħkom wieqfa u sħaħ fit-tradizzjonijiet li intom tgħallimtu sew bil-kelma sew bl-ittra tagħna.
16Sidna Ġesù Kristu stess u Alla Missierna, li ħabbna u tana l-kuraġġ ta’ dejjem u t-tama sħiħa bil-grazzja,
17jqawwilkom qalbkom u jsaħħaħkom f’kull għemil u kelma tajba.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.