2 KRONAKI 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12L-invażjoni ta’ Ġerusalemm

1Ġara li malli ssaħħet is-saltna tiegħu, Reħobogħam warrab il-liġi tal-Mulej u Iżrael kollu miegħu.1 Slat 14,25-31; 1 Slat 11,4; 14,22.

2Għalhekk fil-ħames sena tas-sultan Reħobogħam tala’ Sisak, sultan tal-Eġittu, għal Ġerusalemm għax kienu dinbu kontra l-Mulej.

3Tala’ b’elf u mitejn karru u b’sittin elf rikkieb, u kotra bla qjies ta’ nies, li telgħu miegħu mill-Eġittu, Lubim, Sukkijjin u Kusim.

4U ħataf f’idejh l-ibliet iffortifikati ta’ Ġuda u wasal sa Ġerusalemm.

5U l-profeta Semajja mar għand Reħobogħam u l-prinċpijiet ta’ Ġuda li kienu nġabru f’Ġerusalemm minħabba Sisak. U l-profeta qalilhom: “Dan jgħid il-Mulej: ‘Intom tlaqtuni u issa jien tlaqtkom f’idejn Sisak.’ ”2 Kron 11,2.

6U l-prinċpijiet ta’ Iżrael u s-sultan daħlu fihom infushom u qalu: “Ġust hu l-Mulej!”

7U meta l-Mulej rahom li daħlu fihom infushom waslet il-kelma tal-Mulej lil Semajja u qallu: “Daħlu fihom infushom, ma neqridhomx; imma ftit ieħor nagħtihom il-ħelsien, u ma jissawwabx l-għadab tiegħi fuq Ġerusalemm permezz ta’ Sisak;

8imma jsiru suġġetti għalih, ħa jkunu jafu x’jiġifieri sservu lili u sservu s-slaten tal-art.”

9U Sisak, sultan tal-Eġittu, tala’ għal Ġerusalemm, u ħataf f’idejh it-teżori tat-tempju tal-Mulej, u t-teżori tal-palazz tas-sultan; kollox ħa. Ħa wkoll it-tarkiet tad-deheb li kien għamel Salamun.

10Flokhom is-sultan Reħobogħam għamel tarki tal-bronż, u ħalliehom fil-ħsieb tal-kmandant tal-gwardji li kienu jgħassu f’bieb il-palazz tas-sultan.

11U kull meta s-sultan kien imur fit-tempju tal-Mulej, kienu jiġu l-gwardji u jeħduhom, u mbagħad kienu jerġgħu jqegħduhom fil-kamra tal-gwardji.

12U talli Reħobogħam daħal fih innifsu dar minn fuqu l-għadab tal-Mulej, u ma qerdux għalkollox; u f’Ġuda wkoll kien hemm ir-risq tajjeb.

Is-saltna ta’ Reħobogħam

13U ssaħħaħ is-sultan Reħobogħam f’Ġerusalemm u baqa’ jsaltan. Kellu wieħed u erbgħin sena meta beda jsaltan, u saltan sbatax-il sena f’Ġerusalemm, il-belt li l-Mulej għażel minn fost it-tribujiet kollha ta’ Iżrael, biex fiha jqiegħed ismu. Ommu kien jisimha Nagħma l-Għammonija.1 Slat 14,21.

14Hu għamel il-ħażin, għax ma dawwarx qalbu biex ifittex il-Mulej.

15U l-ġrajja ta’ Reħobogħam mill-bidu sal-aħħar huma miktuba fil-Ġrajja ta’ Semajja l-Profeta, u Għiddu l-Veġġent, fi ktieb in-nisel. U kien hemm dejjem il-gwerra bejn Reħobogħam u Ġerobogħam.

16U Reħobogħam strieħ ma’ missirijietu, u difnuh fil-belt ta’ David; u Abija, ibnu, beda jsaltan minfloku.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help