1Meta Nikanor sar jaf li Ġuda u n-nies ta’ madwaru kienu fl-inħawi tas-Samarija, qatagħha li jaqbeż fuqhom b’moħħu kwiet f’jum is-Sibt.
2Il-Lhud li kienu mġagħlin imorru warajh qalulu: “Iġġibx din il-qerda b’mod hekk selvaġġ u barbru. Agħti ġieħ lill-jum li Dak li jara kollox sebbaħ u qaddes.”
6Nikanor laħaq il-quċċata tas-suppervja tiegħu u ddeċieda li jibni monument pubbliku tar-rebħa fuq in-nies ta’ Ġuda.
7Imma l-Makkabi, min-naħa tiegħu, baqa’ dejjem sħiħ fil-fehma tiegħu u kellu tama qawwija li għad jaqla’ l-għajnuna mingħand il-Mulej.
8Għalhekk beda jħeġġeġ lin-nies tiegħu biex ma jibżgħux mill-ħbit tal-Ġentili u jiftakru fl-għajnuna li ġiethom mis-sema fl-imgħoddi, anzi għandhom jistennew issa wkoll li r-rebħa tkun tagħhom bis-saħħa ta’ Dak li jista’ kollox.
9U ssokta jħeġġiġhom bil-Liġi u bil-profeti, fakkarhom ukoll fil-battalji li kienu diġà rebħu u hekk għamlilhom aktar il-qalb., li darba kien il-qassis il-kbir, raġel sabiħ u twajjeb, irżin fil-bixra u dħuli fl-imġiba, imżejjen bil-kelma f’postha, imrawwem sa minn ċkunitu f’kull virtù, deher b’idejh miftuħa jitlob għall-poplu Lhudi kollu..’
15“Imbagħad Ġeremija ħareġ idu l-leminija u newwel xabla tad-deheb lil Ġuda, u hu u jagħtihielu qallu:
16‘Ħu din ix-xabla qaddisa, rigal ta’ Alla. Biha għad tagħmel bċejjeċ l-għedewwa tiegħek.’ ”
17Wara li Ġuda ħeġġiġhom bi kliem sabiħ u rnexxielu jqanqlilhom qlubithom u jagħmel irġiel minn dawn iż-żgħażagħ, qatgħuha li ma jibqgħux fil-kamp, imma li jinxteħtu b’ħilithom kollha għall-ġlied u hekk jeħilsuha darba għal dejjem, għax il-belt, il-ħwejjeġ sagri u t-tempju kienu fil-periklu.
18L-inqas li kienu jaħsbu kien fin-nisa, it-tfal, ħuthom u qrabathom, għax l-ikbar u l-ewwel biża’ tagħhom kien għat-tempju kkonsagrat.
22U beda jitlob u jgħid: “Int, o Sidi, bgħatt l-anġlu tiegħek fi żmien Ħeżekija, sultan ta’ Ġuda, u qered mill-kamp ta’ Sanħerib mija u ħamsa u tmenin elf ruħ.
28Meta spiċċaw mill-ġlied u kienu rieġgħa lura ferħana, intebħu li Nikanor ukoll baqa’ mejjet fl-art bl-armatura b’kollox.
29Bdew jgħajtu fost għagħa kbira u bdew ifaħħru lill-Mulej b’ilsien missirijiethom.
30Imbagħad dak li dejjem kien minn ta’ quddiem b’ruħu u b’ġismu biex jiġġieled għal nies pajjiżu, u għomru kollu żamm il-ħeġġa taż-żgħożija għan-nies ta’ ġensu, ordnalhom li jaqtgħu ras Nikanor u idu flimkien ma’ driegħu u jeħduhom Ġerusalemm.
31Kif wasal hemm sejjaħ in-nies ta’ ġensu u qiegħed il-qassisin quddiem l-artal u bagħat għal dawk li kienu fl-Akra.
32Imbagħad uriehom ir-ras ta’ dak il-vili ta’ Nikanor u d-driegħ ta’ dak il-midgħi supperv, li medd idu kontra t-tempju ta’ Dak li jista’ kollox.
33Qata’ lsien Nikanor il-midgħi u ordnalhom jitfgħuh biċċa biċċa lill-għasafar; u jdendlu quddiem it-tempju l-ħlas tal-ġenn tiegħu..Għeluq: Dan li stajt nagħmel!
37Dawn kienu l-ġrajja li għaddew minn għala Nikanor; minn dakinhar il-belt baqgħet f’idejn l-Għebrej; u hawn jien ukoll nieqaf bl-istorja tiegħi.Ġdt 10,12.
38Jekk inhi miktuba tajjeb u mqassma bis-sengħa, dan li kont nixtieq; jekk ħarġet kajmana u nofs kedda, dan li stajt nagħmel.
39Għaliex bħalma mhux tajjeb tixrob inbid waħdu jew ilma waħdu, tajjeb li tħallat l-inbid bl-ilma biex ipaxxik, hekk is-sengħa li tinseġ sewwa l-ġrajja tpaxxi l-widnejn ta’ min se jaqra l-istorja. Hawn hu t-tmiem.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.