2 MAKKABIN 4 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 4Xmun jixli lil Onija

1Xmun, li semmejna aktar ’il fuq, li kien ittradixxa t-teżor u art twelidu, beda jqassas kontra Onija, u jgħid li kien hu li xewwex kontra Eljodoru, u l-ħtija tal-ħsara li ġrat.

2U kellu l-ħila wkoll isejjaħ xewwiex kontra l-gvern lill-benefattur tal-belt, id-difensur ta’ nies pajjiżu, u l-ħabrieki għal-liġijiet.

3U din il-mibegħda tant kibret li wieħed midħla ta’ Xmun wasal biex joqtol.

4Meta Onija ra l-ħsara li jista’ jġib dan il-ġlied u kif Apollonju bin Menestew, il-gvernatur taċ-Ċelesirja u l-Feniċja, kien qiegħed jgħin il-ħżunija ta’ Xmun,

5mar għand is-sultan, mhux biex jixli nies pajjiżu, imma bil-ħsieb li jġib ’il quddiem il-ġid tal-kotra tal-poplu kollu u ta’ kull wieħed minnhom. s-saltna ħadha Antijoku, jgħidulu Epifani. Ġason, ħu Onija, daħħalha f’rasu li jaħtaf il-post ta’ qassis il-kbir: fejn jitħarrġu ż-żgħażagħ, u li n-nies ta’ Ġerusalemm jinkitbu bħala ċittadini ta’ Antjokja.

10Is-sultan qallu iva. Malli ħa l-kariga f’idejh minnufih beda jdawwar lil niesu għad-drawwiet tal-Griegi. u darra l-aħjar fost iż-żgħażagħ jilbsu l-kappell tal-atleti Griegi. bis-saħħa ta’ dawk li kienu ħaduhom.

21Is-sultan Antijoku kien bagħat lil Apollonju bin Menestew l-Eġittu għall-intronizzazzjoni tas-sultan Tolemew Filometor, u b’hekk sar jaf li dan ma kienx jaqbel mal-politika tiegħu. Għalhekk ħaseb għal rasu u telaq lejn Ġaffa u minn hemm tela’ Ġerusalemm.

22Ġason u n-nies tal-belt laqgħuh bil-kbir, u daħħluh bid-dawl tat-torċi u b’għajjat ta’ ferħ. Minn hemm telaq bl-eżerċtu għall-Feniċja.

Menelaw jaqla’ ’l barra lil Ġason (172 QK)

23Wara tliet snin Ġason bagħat lil Menelaw, ħu Xmun, li semmejna qabel, biex iwassal il-flus lis-sultan u jfakkru fi ħwejjeġ urġenti.

24Dan indiehes mas-sultan u ġieb ruħu miegħu bħallikieku kien xi persuna setgħana, u hekk kiseb għalih innifsu l-post ta’ qassis il-kbir, billi żied fuq Ġason tliet mitt talent tal-fidda.

25Malli ħa f’idejh l-ittri tal-ħatra tiegħu minn idejn is-sultan, raġa’ lura. Ma kellu xejn li jistħoqqlu l-post ta’ qassis il-kbir ħlief il-qilla ta’ tirann bla qalb u l-qalb ta’ bhima selvaġġa.

26U Ġason, li qabel kien qala’ ’l barra lil ħuh, issa sab ruħu maqlugħ ’il barra minn ħaddieħor, u kellu jitlaq maħrub lejn art l-Għammonin.

27Menelaw ħa l-ħakma f’idejh, imma ma ħallas xejn mill-flus li kien wiegħed lis-sultan,

28minkejja li Sostratu, il-kmandant tal-Akra, l-inkarigat biex jiġbor it-taxxi, kien jitlobhomlu ta’ spiss. Għalhekk it-tnejn li kienu ssejħu quddiem is-sultan.

29Menelaw ħalla deputat floku, bħala l-qassis il-kbir, lil ħuh Lisimaku; u Sostratu ħalla lil Krateti kmandant taċ-Ċiprijotti.

30Wara li sar dan kollu, in-nies ta’ Tarsu u ta’ Mallu rvillaw, għax dawn l-ibliet ngħataw b’rigal lil Antijokidi, konkubina tas-sultan.

31Is-sultan telaq jgħaġġel biex jirranġa u ħalla deputat floku lil Androniku, wieħed mill-ogħla kbarat.

32Menelaw ħaseb li ġieħ il-waqt, u seraq xi tagħmir tad-deheb mit-tempju u tah rigal lil Androniku; tagħmir ieħor irnexxielu jbigħu f’Tir u l-ibliet ta’ madwarha.L-assassinju ta’ Onija

33Onija, malli sar jaf bi żgur, bagħat iċanfru u mar f’post tal-kenn ħdejn Dafni qrib Antjokja.

34Menelaw, imbagħad, mar għand Androniku, u ħeġġu biex imidd idejh fuq Onija. Dan mar għand Onija, u wara li qarraq bih rebaħ il-fiduċja tiegħu, ħadlu b’idejh, ħaliflu, u pperswadih joħroġ, għalkemm imħasseb, mill-kenn tiegħu. Minnufih qatlu, bla ma qies xejn il-ġustizzja., flimkien ma’ xi Griegi li kienu wkoll tkexkxu bid-delitt, marru għandu biex jipprotestaw għall-qtil ta’ Onija.

37Antijoku ħadha fih, ħass għalih u tħassru u bkieh minħabba l-għaqal u l-imġiba mill-aħjar tal-mejjet.

38Xegħel bil-qilla, u minnufih neħħa l-porpra minn fuq Androniku, ċarratlu lbiesu u ġagħalhom idawruh mal-belt kollha, u hemm stess fejn kien qarraq b’Onija, lil dan il-qattiel neħħieh mid-dinja. Hekk il-Mulej raddlu l-kastig li kien jixraqlu.

L-irvell kontra Lisimaku

39Fil-belt, Lisimaku, bi ftehim ma’ Menelaw, kien għamel ħafna serq mit-tempju. Kienu diġà ġarrew ħafna dehbijiet meta xterdet ix-xniegħa; imma l-poplu qam kontra Lisimaku.

40Kif kienet il-kotra mqanqla u mixgħula bil-korla, Lisimaku rama xi tlitt elef raġel taħt il-kmand ta’ Arawnu, bniedem imdaħħal fiż-żmien u xejn anqas fil-ġenn, u beda jaħbat għalihom inġustament.

41Malli ntebħu bil-ħbit ta’ Lisimaku, xi wħud qabdu l-ġebel, oħrajn il-bsaten bl-għekiesi, oħrajn it-trab milli kien hemm miġmugħ, u bdew iwaddbuh bl-addoċċ fuq in-nies ta’ Lisimaku.

42B’dan il-mod darbu ’l ħafna minnhom, oħrajn waqqgħuhom mal-art u mbagħad ħarrbuhom ilkoll, u l-ħalliel tat-tempju wkoll qatluh ħdejn il-kamra tat-teżor.

43U minħabba dawn il-ġrajjiet saret kawża kontra Menelaw.

44Meta s-sultan ġie Tir, tlieta min-nies mibgħuta mill-Kunsill ressqu l-akkuża quddiemu.

45Menelaw, meta ra li kien għoddu mitluf, wiegħed kemxa flus sewwa lil Tolemew bin Dorimeni, biex idawwar lejh is-sultan., kienu joħorġu bla ħtija, qatagħhielhom għall-mewt.

48U hekk minnufih tħallsu b’piena inġusta dawk li qabżu għall-belt, għall-poplu u għat-tagħmir sagru.

49U n-nies ta’ Tir stess tant ħaduha bi kbira, li tawhom difna bl-aqwa ġieħ.

50Menelaw, bis-saħħa tar-regħba ta’ min kellu s-setgħa, baqa’ fil-ħakma, dejjem iżid fi ħżunitu u jnassas kontra nies pajjiżu stess.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help