1Ġuda ibnu, li kienu jsejħulu l-Makkabi, laħaq floku.
2U nġabru miegħu ħutu lkoll u dawk kollha li kienu ma’ missieru, u ġġieldu l-battalji ta’ Iżrael kollhom ferħana.
3Għolla l-ġieħ tal-poplu tiegħu;
xedd il-kurazza bħal ġgant;
tħażżem bit-tagħmir tal-gwerra;
inxteħet għall-battalji,
u bix-xabla tiegħu kien iħares il-kamp.
4F’għemilu kien qisu ljun,
bħal ferħ ta’ ljun iriegħed għall-priża.
5Għamel għal wara r-rinnegati u qabadhom,
u l-ħawwada tal-poplu tahom n-nar.
6U r-rinnegati triegħdu quddiemu bil-biża’
u nfixlu dawk kollha li kienu jagħmlu l-ħażen,
u bis-saħħa tiegħu seħħet is-salvazzjoni.
7U kedd ħafna slaten,
imma ferraħ lil Ġakobb b’għemilu.
Imbierka tifkirtu li tibqa’ għal dejjem.
8U ġġerra mal-ibliet kollha ta’ Ġuda,
u qered minnha l-ħżiena,
u hekk warrab il-korla minn fuq Iżrael.
9Ismu wasal sa truf id-dinja;
u ġabar flimkien il-mitlufin.
L-ewwel rebħa10Apollonju ġabar nies Ġentili u eżerċtu qawwi mis-Samarija biex jiġġieled kontra Iżrael. għad ifarrakhom quddiemna. Ma għandkomx għax tibżgħu minnhom!”
23Malli temm kliemu, inxteħet għal fuqhom għal għarrieda, u Seron u l-eżerċtu tiegħu tħarbtu quddiemu.
24U Ġuda baqa’ jiġri għal warajh man-niżla ta’ Betħoron sal-wita ta’ taħtha. U mietu xi tmien mitt wieħed, u l-bqija ħarbu lejn art il-Filistin.
25Il-biża’ ta’ Ġuda u ħutu beda jixtered, u bdew jitkexkxu l-Ġentili ta’ madwarhom.
26Il-fama tiegħu waslet sa għand is-saltna, u l-ġnus kollha bdew jitkellmu fuq il-battalji tiegħu.
Antijoku jħejji għall-ġlied27Malli s-sultan Antijoku sama’ b’dawn il-ġrajja xegħel bil-qilla u bagħat jiġbor il-forzi kollha tas-saltna, eżerċtu ta’ qawwa kbira.
28U fetaħ it-teżor u ta lis-suldati l-ħlas ta’ sena u ordnalhom li jkunu lesti għal kulma jkun hemm bżonn.
29Imbagħad intebaħ li l-flus naqsu mit-teżor u li d-dħul tal-ħaraġ mill-pajjiż kien ċkien minħabba t-tħarbit u l-ħsara, li hu stess kien ġieb fuq il-pajjiż, biex ineħħi l-użanzi li kienu ġejjin minn żmien il-qedem.
30Għalhekk beża’ li jiġrilu bħalma ġralu darba jew darbtejn qabel, ma jkollux biżżejjed għall-ispejjeż u r-rigali, li kien jagħti qabel b’id miftuħa u ħafna aktar mis-slaten ta’ qablu.
31Għamel f’qalbu u qatagħha li jmur il-Persja, jiġbor it-taxxi minn dawk il-provinċji u jdaħħal kemxa flus.
32U ħalla lil Lisja, bniedem nobbli u ta’ nisel is-slaten, biex jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tas-saltna mix-xmara tal-Ewfrat sal-fruntiera tal-Eġittu,
33u jieħu wkoll ħsieb ibnu Antijoku sa ma jerġa’ lura.
34Ħalla f’idejh ukoll nofs l-eżerċtu u l-iljunfanti u ta l-ordnijiet fuq kulma xtaq, l-aktar dwar il-poplu tal-Lhudija u Ġerusalemm.
35Kontra dawn Lisja kellu jibgħat eżerċtu biex ikisser u jeqred il-forza ta’ Iżrael u kulma kien fadal minnha f’Ġerusalemm, iħassar tifkirithom minn dak il-post,
36u jgħammar dawn l-inħawi b’nies barranin u jqassmilhom l-art bejniethom.
37U s-sultan ħa miegħu n-nofs l-ieħor tal-eżerċtu u telaq minn Antjokja, il-belt tas-saltna tiegħu, fis-sena 147, u qasam ix-xmara tal-Ewfrat u dar mal-inħawi kollha tat-Tramuntana.
Il-battalja ta’ Emmaws (165 QK)38Lisja ħatar lil Ptolomew bin Dorimeni u lil Nikanor u Gorġja, nies ta’ ħila u ħbieb tas-sultan..
41Malli semgħu bihom in-neguzjanti ta’ dawk l-inħawi qabdu kemxa flus tal-fidda u d-deheb u ċippijiet, u rħewlha lejn il-kamp biex jixtru lil ulied Iżrael b’ilsiera. Magħhom żdiedu wkoll truppi mis-Sirja u mill-Filistin.
42Ġuda u ħutu raw li l-periklu kien qiegħed jikber u li l-eżerċtu kien waqqaf il-kamp f’arthom; saru jafu wkoll bl-ordni tas-sultan, li kien qatagħha li jeqred u jtemm il-poplu għalkollox.
43U bdew jgħidu lil xulxin: “Ħa nwaqqfu l-ħerba tal-poplu tagħna u nitqabdu għall-poplu tagħna u għat-tempju.”
44U laqqgħu l-ġemgħa kollha biex iħejju ruħhom għall-gwerra u jitolbu lil Alla biex jaqilgħu l-ħniena u l-mogħdrija.
45Ġerusalemm kienet bħal deżert bla nies;
ħadd minn uliedha ma kien jidħol jew joħroġ.
It-tempju mixħut taħt is-saqajn.
Il-fortizza kienet f’idejn il-barranin
u kenn għall-Ġentili.
Il-ferħ kien għab mingħand Ġakobb,
u siktu l-flawt u l-arpa.
46U huma nġabru u marru f’Misfa biswit Ġerusalemm, għax Misfa fl-imgħoddi kienet post tat-talb għal Iżrael. dak li l-Ġentili jfittxu mix-xbihat tal-allat tagħhom., li kienu għalqu ż-żmien,Num 6,1-5; Atti 21,23-26.
50u għollew leħinhom u bdew jgħajtu lejn is-sema u jgħidu: “X’se nagħmlu b’dawn? Fejn se neħduhom?
51It-tempju tiegħek mixħut taħt is-saqajn u mkasbar, il-qassisin tiegħek imnikkta u umiljati.
52U ara issa l-Ġentili miftiehma bejniethom biex jeqirduna. Int taf x’għandhom f’rashom għalina.
53Kif nistgħu aħna nżommulhom jekk int ma tgħinniex?”
54U daqqew it-trombi u bdew jgħajtu b’leħen qawwi.
55Imbagħad wara dan Ġuda għażel il-kmandanti tal-poplu, fizzjal ta’ eluf, mijiet, ħamsinijiet, u għaxriet.Eż 18,21-22.
56U dawk li kienu qegħdin jibnu djar, jew mgħarrsa ma’ mara, jew iħawlu d-dwieli jew beżżiegħa, ordnalhom li jerġgħu lejn djarhom skont ma tgħid il-Liġi.Dt 20,5-9; Mħ 7,2; Lq 14,18-20.
57Imbagħad l-eżerċtu telaq, u waqqfu l-kamp lejn in-Nofsinhar ta’ Emmaws.
58“Tħażżmu,” qalilhom Ġuda, “u kunu nies ta’ ħila, kunu lesti għal għada filgħodu biex titqabdu ma’ dawn il-Ġentili li nġemgħu kontrina biex jeqirdu lilna u t-tempju tagħna.
59Ikun aħjar għalina li mmutu fil-gwerra, milli naraw il-ħerba ta’ ġensna u t-tempju tagħna.1 Mak 2,21-22; 1 Mak 3,18.
60Imbagħad irid xi jrid is-sema, ħa jagħmel hu.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.