1Sawl, li kien għadu bil-qawwa kollha jhedded bil-mewt lid-dixxipli tal-Mulej, mar għand il-qassis il-kbir tal-Mulej u jeħodhom marbuta Ġerusalemm.
3Huwa u sejjer, kif qorob lejn Damasku, f’daqqa waħda idda madwaru dawl mis-sema.
4Waqa’ fl-art, u sama’ leħen jgħidlu: “Sawl, Sawl, għaliex qiegħed tippersegwitani?”
5Hu wieġeb: “Min int, Mulej?” u l-leħen wieġbu: “Jiena Ġesù, li int qiegħed tippersegwitah. tiegħek f’Ġerusalemm.Sawl jaħrab mil-Lhud
23Wara li għadda ħafna żmien, il-Lhud ftiehmu li joqtlu lil Sawl;Sawl f’Ġerusalemm
26Meta wasal Ġerusalemm beda jfittex li jissieħeb mad-dixxipli. Imma lkoll kienu jibżgħu minnu, għax ma kinux emmnu li tassew ikkonverta.
31Il-Knisja kienet fis-sliem fil-Lhudija u l-Galilija u s-Samarija kollha; kienet dejjem tikber u timxi ’l quddiem bil-biża’ tal-Mulej, u tiżdied fl-għadd bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu.
Il-fejqan ta’ Enea32Ġara li Pietru, huwa u jdur dawk l-inħawi kollha, niżel wkoll għand il-qaddisin li kienu joqogħdu Lidda.
33Hemmhekk sab raġel mifluġ, jismu Enea, li kien ilu tmien snin mixħut fis-sodda.
34Pietru qallu: “Enea, Ġesù Kristu jfejqek; qum u ifrex is-sodda inti stess.” U dak minnufih qam.
35In-nies kollha li kienu joqogħdu f’Lidda u f’Saron rawh, u daru lejn il-Mulej.
Il-qawmien ta’ Tabita mill-mewt36F’Ġaffa kien hemm waħda mid-dixxipli jisimha Tabita, isem li jfisser Għażżiela; kienet mara tagħmel ħafna opri ta’ karità u għemejjel tajba.
37Ħabat li f’dawk il-ġranet mardet u mietet; keffnuha, u qegħduha fil-kamra ta’ fuq.
38Billi Lidda tiġi qrib Ġaffa, id-dixxipli, meta semgħu li Pietru kien hemm, bagħtulu żewġt irġiel jitolbuh u jgħidulu: “Iddumx ma tiġi sa għandna.”
39Minnufih Pietru qam u telaq magħhom. Kif wasal, tellgħuh fil-kamra ta’ fuq, u r-romol kollha daru miegħu, jibku u juruh l-ilbiesi u l-imnatar li kienet għamlitilhom Tabita meta kienet għadha magħhom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.