NUMRI 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5Liġijiet oħra

1Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

16“Il-qassis imbagħad iressaq il-mara u jqegħedha quddiem il-Mulej.

17Jieħu mbagħad mill-ilma mqaddes f’bieqja tal-fuħħar u mit-trab tal-art tat-tinda u jħalltu mal-ilma... Ammen.’

23“Imbagħad il-qassis jikteb dawn is-saħtiet fuq folja, u jħassar il-kitba fl-ilma morr,

24biex imbagħad jisqi l-mara l-ilma morr tas-saħta u l-ilma jidħol fiha.Eż 32,20.

25Il-qassis jieħu minn id il-mara l-offerta tal-għira, u jxejjirha quddiem il-Mulej u jressaqha fuq l-artal.

26U l-qassis jieħu biċċa mill-offerta ta’ tifkira u jaħraqha fuq l-artal; imbagħad jisqi ’l-mara l-ilma.Lev 5,12.

27Jekk wara li jkun sqieha l-ilma, hija tkun tniġġset u naqset lil żewġha, jidħol fiha l-ilma tas-saħta bl-imrar tiegħu kollu, tintefaħ żaqqha u jaqgħu kuxxtejha; u l-mara tkun saħta fost il-poplu tagħha.

28Imma jekk ma tkunx tniġġset, u tkun safja, ma jiġrilha xejn u jibqa’ jkollha tfal.

29“Din hi l-liġi fil-każ tal-għira; sew jekk il-mara, li tkun taħt is-setgħa ta’ żewġha, titbiegħed minnu u titniġġes,

30u sew jekk ir-raġel li ġietu l-għira u għer għal martu, iġibha quddiem il-Mulej, u l-qassis jagħmlilha kulma titlob din il-liġi.

31Hekk ir-raġel ma jieħu ebda ħtija, imma l-mara titgħabba bil-piż ta’ dnubha.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help