EŻODU 19 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 19Fid-deżert tas-Sinaj

1Fit-tielet xahar mill-ħruġ ta’ wlied Iżrael mill-art tal-Eġittu, dak in-nhar stess, waslu fid-deżert tas-Sinaj.

10Il-Mulej qal lil Mosè: “Mur ħdejn il-poplu u kkonsagrahom illum u għada; jaħslu ħwejjiġhomĠen 35,2; Lev 11,25.

11u jħejju ruħhom għat-tielet jum, għax fit-tielet jum il-Mulej jinżel fuq il-muntanja tas-Sinaj quddiem għajnejn il-poplu kollu.

12Ifred in-nies minn kull naħa tal-muntanja u għidilhom: ‘Qisu li ma titilgħux fuq il-muntanja jew tmissu trufijietha; min imiss il-muntanja jmut żgur;Eż 34,3; Lhud 12,18-20.

13ebda id ma tmissu, iżda jħaġġruh jew jinfduh bis-sejf; ħadd ma jibqa’ ħaj, la bhima u lanqas bniedem.’ Meta ddoqq it-tromba jitilgħu lejn il-muntanja.”

14U Mosè niżel minn fuq il-muntanja għal ħdejn il-poplu u kkonsagrah, u huma ħaslu ħwejjiġhom.

15U qalilhom: “Lestu ruħkom għat-tielet jum; sadattant tersqux lejn in-nisa tagħkom.”

Id-dehra ta’ Alla

16Fit-tielet jum mas-sebħ kien hemm ragħad u beraq, u sħab oħxon għatta l-muntanja. Instama’ wkoll iż-żarżir qawwi tat-tromba, u triegħed il-poplu kollu fil-kamp.Dt 4,10-12; 5,2-5.

17Mosè ħareġ il-poplu mill-kamp biex jiltaqgħu ma’ Alla; u waqfu f’riġlejn il-muntanja.

18Il-muntanja tas-Sinaj bdiet iddaħħan kollha kemm hi, għax niżel fuqha l-Mulej fin-nar. Id-duħħan beda tiela’ ’l fuq bħad-duħħan ta’ forn, u l-muntanja kienet titheżżeż kollha.

19Kulma jmur id-daqq tat-tromba kien dejjem jitqawwa. Imbagħad tkellem Mosè, u Alla wieġbu b’ragħda.

20U niżel il-Mulej fuq il-quċċata tal-muntanja tas-Sinaj, u l-Mulej sejjaħ lil Mosè biex jitla’ fuq il-quċċata tal-muntanja. U Mosè tala’.

21U l-Mulej qal lil Mosè: “Inżel u wissi lill-poplu biex ma jersaqx lejn il-Mulej u jħarsu, u jmutu ħafna minnhom.Eż 19,12; 33,20.

22U l-qassisin ukoll, li jersqu lejn il-Mulej, għandhom jikkonsagraw ruħhom, li ma jaħbatx għalihom il-Mulej.”

23U Mosè qal lill-Mulej: “Il-poplu ma jistax jitla’ fuq il-muntanja tas-Sinaj, għax inti stess ordnajtilna u għedtilna: ‘Agħmel barrikata madwar il-muntanja u kkonsagraha.’ ”

24U l-Mulej qallu: “Mur, inżel u erġa’ itla’, int u Aron miegħek. Imma lill-qassisin u l-poplu tħallihomx jersqu u jitilgħu ħdejn il-Mulej, għax inkella jaħbat għalihom.”

25U Mosè niżel ħdejn il-poplu u kellimhom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help