ĠUDITTA 4 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 4L-Iżraelin iħejju ruħhom

1Il-poplu kollu ta’ Iżrael, li kien jgħammar fil-Lhudija, sama’ b’kulma kien għamel bil-ġnus Oloferne, il-ġeneral ta’ Nabukodonosor, sultan tal-Assiri, u kif seraq is-santwarji kollha tagħhom u ġarrafhom;

2u qabadhom biża’ kbir minħabba fih, u bdew jinkwetaw ħafna minħabba Ġerusalemm u t-tempju tal-Mulej, Alla tagħhom;

3għax kienu għadhom kemm reġgħu lura mill-eżilju, u ma kienx ilu ħafna li l-poplu nġabar mil-Lhudija kollha u qaddsu mill-ġdid it-tagħmir, l-artal u t-tempju, li qabel kienu mniġġsa.

4U bagħtu nies fl-inħawi kollha tas-Samarija, f’Kona, Betħoron, Belmajn, Ġeriko, Ħoba, Esora, u Wied Salem,

5u qabdu malajr il-qċaċet tal-għoljiet u dawru bis-swar l-irħula, u ħażnu l-ikel bi tħejjija għall-gwerra, għax kienu għadhom kif ħasdu l-uċuħ tar-raba’ tagħhom.

6Ġojakim, il-qassis il-kbir, li dak iż-żmien kien Ġerusalemm, kiteb lil dawk kollha li kienu joqogħdu f’Betulja u Betamajm, li hi biswit Esdrelon, quddiem il-pjanura qrib Dotajn,

7u ordnalhom li jżommu l-mogħdijiet bejn il-muntanji, għax minnhom wieħed kien jista’ jidħol fil-Lhudija, u kienet ħaġa ħafifa ħafna li jżommu lil min kien irid jidħol minnha, għax il-mogħdija kienet dejqa, u tnejn min-nies biss setgħu jgħaddu spalla ma’ spalla.

8Ulied Iżrael għamlu kif ordnalhom Ġojakim, il-qassis il-kbir, u l-kunsill tal-poplu kollu ta’ Iżrael li kienu f’Ġerusalemm.

9Kull bniedem f’Iżrael għolla leħnu lejn Alla b’ħeġġa kbira u għakksu ruħhom b’ħafna sawm.

10Ilkoll kemm kienu, irġiel u nisa, it-tfal u l-bhejjem tagħhom, il-barranin kollha, il-ħaddiema u l-ilsiera tagħhom, ilkoll kemm kienu, xeħtu fuqhom ix-xkejjer.

13Il-Mulej sama’ t-talb tagħhom u ħares lejn l-hemm tagħhom. Il-poplu kien ilu jsum għal ħafna ġranet fil-Lhudija kollha, u f’Ġerusalemm quddiem is-santwarju tal-Mulej li jista’ kollox.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help