1U ż-żewġ anġli waslu Sodoma filgħaxija; u Lot kien qiegħed fil-bieb ta’ Sodoma. Malli Lot rahom qam u mar jilqagħhom, u nxteħet wiċċu fl-art quddiemhom.
2U qalilhom: “Ara, sidien tiegħi, jekk jogħġobkom, duru lejn id-dar tal-qaddej tagħkom; għaddu l-lejl hemm, aħslu riġlejkom u mbagħad bakkru u morru għal triqtkom.” U qalulu: “Le! ngħaddu l-lejl fil-misraħ.”.Il-qerda ta’ Sodoma u Gomorra
23U x-xemx kienet tielgħa fuq l-art, meta Lot wasal Sogħar.
24U l-Mulej bagħat ix-xita fuq Sodoma u Gomorra, xita ta’ kubrit u nar mis-smewwiet mingħand il-Mulej.
27U Abraham qam filgħodu kmieni u rħielha lejn il-post fejn kien qagħad quddiem il-Mulej.
28U ħares lejn Sodoma u Gomorra, u fuq l-art kollha ta’ madwarhom, u ra li kien tiela’ duħħan mill-art, bħad-duħħan ta’ forn.
29Meta Alla qered l-ibliet tal-wita, Alla ftakar f’Abraham u ħareġ lil Lot minn nofs il-qerda, meta qered l-ibliet, li fihom kien jgħammar Lot.
Nisel il-Mowabin u l-Għammonin30U Lot tala’ minn Sogħar, u mar jgħammar fuq l-għoljiet maż-żewġ uliedu bniet, għax baża’ jgħammar f’Sogħar. U kienu jgħixu f’għar, hu u ż-żewġt ibniet tiegħu.
31U l-kbira qalet liż-żgħira: “Missierna xjieħ, u ma hawn ebda raġel biex jersaq lejna skont id-drawwa tal-art kollha.
32Ejja nisqu l-inbid lil missierna u norqdu miegħu, u nżommu n-nisel ħaj minn missierna.”
33U sqew l-inbid lil missierhom dak il-lejl stess, u l-kbira resqet lejh, u mteddet ma’ missierha, u dan ma ntebaħx biha, la meta mteddet u lanqas meta qamet.
34U l-għada l-kbira qalet liż-żgħira: “Ara, jien imteddejt ma’ missieri l-lejl l-ieħor, ħa nisquh l-inbid illejla wkoll, u mur inti mtedd miegħu, u hekk inżommu n-nisel ħaj minn missierna.”
35U dak il-lejl ukoll sqew l-inbid lil missierhom, u ż-żgħira qamet u marret imteddet miegħu, u hu ma ntebaħx biha, la meta raqdet u lanqas meta qamet.
36U ż-żewġt ibniet ta’ Lot tqalu minn missierhom.
37U l-kbira wildet iben u semmietu Mowab - missier il-Mowabin sal-lum.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.