1“Jekk raġel ikeċċi ’l martu,
u din titbiegħed minnu,
u ssir il-mara ta’ raġel ieħor,
jaqaw l-ewwel wieħed se jerġa’ lura lejha?
Mhijiex forsi mtebbgħa din l-art?
Int li żnejt ma’ ħafna ħbieb,
għandek il-ħila terġa’ għal għandi?
Oraklu tal-Mulej.
2Erfa’ għajnejk lejn l-għoljiet għerja, u ħares:
fejn ma tbahradtx?
Fit-toroq kont tkun bilqiegħda tistenniehom,
bħal Għarbi fid-deżert.
Int ċappast l-art biż-żina u l-ħażen tiegħek.
3Għalhekk inżammet ix-xita,
u xita mwaħħra naqset ukoll.
Ġbinek, ġbin ta’ mara żienja,
u l-mistħija ma ridthiex.
4Mhux issa wkoll issejjaħli: ‘Missier!
Int il-ħabib ta’ żgħożiti!
5Se tibqa’ mgħaddab għal dejjem u mmasħan sal-aħħar?’
Hekk titkellem, imma tibqa’ tagħmel ħażen kemm tiflaħ.”
Ġuda, il-mara infidila6U l-Mulej kellimni fi żmien is-sultan Ġosija: “Rajt x’għamlet Iżrael ta’ rasha iebsa? Marret fuq kull muntanja għolja u qagħdet tiżni taħt kull siġra ħadra.
13Agħraf biss ħżunitek,
għax int qomt kontra l-Mulej, Alla tiegħek,
xerridt imħabbtek mal-barranin
taħt kull siġra tħaddar,
u minn kliemi ma ridtx tisma’!
Oraklu tal-Mulej.
14Erġgħu lura, ulied ribelli, oraklu tal-Mulej, għax jiena Sidkom. U neħodkom, wieħed minn belt u tnejn minn kull familja, u ndaħħalkom f’Sijon.
16Meta intom toktru u tnisslu fuq l-art f’dawk il-jiem, oraklu tal-Mulej, ħadd ma jitkellem aktar fuq l-arka tal-patt tal-Mulej, ma jaħsibx aktar fuqha, u ma jiftakarx fiha, ma jibkuhiex, u ma jagħmlux oħra.
18Dak iż-żmien tmur dar Ġuda f’dar Iżrael, u flimkien jiġu mill-art tat-Tramuntana fl-art li jien tajt b’wirt lill missirijiethom.
19U jien għedt: ‘Kemm nixtieq inqiegħdek fost uliedi,
u nagħtik art li tgħaxxaq,
l-isbaħ fost l-isbaħ wirt tal-ġnus.’
Jien għedt: ‘Missier issejjaħli, u minn warajja ma twarrabx.’
20Iżda bħalma mara tqarraq b’seħibha,
hekk intom, dar Iżrael, qarraqtu bija,
oraklu tal-Mulej.
21Fuq l-għoljiet għerja jinstama’ leħen,
leħen il-biki u l-krib ta’ wlied Iżrael,
għax għawġu triqithom,
insew lill-Mulej Alla tagħhom.
22Erġgħu lura, ulied ribelli,
jiena nfejjaqkom mill-ħsara tat-telfa tagħkom.’
‘Arana ġejjin għandek,
għax int il-Mulej Alla tagħna!
23Tassew qerq huma l-għoljiet,
u t-tbahrid fuq il-muntanji.
Tassew, fil-Mulej Alla tagħna
hemm is-salvazzjoni ta’ Iżrael.
24L-għajb tal-allat sa minn żgħożitna
kiel il-frott ta’ xogħol missirijietna:
l-imrieħel tagħhom u l-baqar tagħhom,
is-subien tagħhom u l-bniet tagħhom.
25Ħa nimteddu fl-għajb tagħna, u ninksew bil-mistħija,
għax dnibna kontra l-Mulej Alla tagħna,
aħna u missirijietna, sa minn żgħożitna sal-lum.
Ma smajniex minn kelmet il-Mulej, Alla tagħna.’
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.