1Imbagħad lil dak li kien bilqiegħda fuq it-tron rajtlu f’idu l-leminija ktieb miktub minn ġewwa u minn barra, magħluq b’seba’ siġilli.
2U rajt anġlu, ta’ saħħa kbira, qiegħed ixandar b’leħen jgħajjat: “Min hu li jistħoqqlu jiftaħ il-ktieb u jikser is-siġilli li għandu?”
3U ħadd, la fis-sema u la fl-art u lanqas taħt l-art, ma kellu l-ħila jiftaħ il-ktieb u jara x’fih.
4U jiena nfexxejt f’bikja kbira, għax ma nstab ħadd li kien jistħoqqlu jiftaħ il-ktieb u jara x’fih.
5Imbagħad wieħed mix-Xjuħ qalli: “Tibki xejn; ara, l-Iljun tat-tribù ta’ Ġuda, ir-Rimja ta’ David, ħareġ rebbieħ, u se jiftaħ il-ktieb u s-seba’ siġilli li għandu.”
6Imbagħad, bejn it-tron u l-erba’ Ħlejjaq Ħajjin u f’nofs ix-Xjuħ rajt li kien hemm Ħaruf, wieqaf, bħal maqtul, b’sebat iqrun u seba’ għajnejn, li huma s-seba’ spirti ta’ Alla mibgħutin fuq l-art kollha.
10u għamilthom għal Alla tagħna
Saltna u Qassisin,
li għad isaltnu fuq l-art.”
12jgħidu b’leħen qawwi:
“Jistħoqqlu l-Ħaruf li kien maqtul
li jirċievi l-qawwa u l-għana
u l-għerf u s-saħħa
u l-ġieħ u l-glorja u t-tifħir.”
13U fis-sema, fuq l-art, taħt l-art, u fil-baħar u l-ħlejjaq kollha li fihom, smajthom jgħidu:
“Lil dak li qiegħed fuq it-tron u lill-Ħaruf,
jingħata t-tifħir u l-ġieħ
u l-glorja u l-ħakma,
għal dejjem ta’ dejjem.”
14L-erba’ Ħlejjaq Ħajjin bdew iwieġbu: “Ammen!,” filwaqt li x-Xjuħ inxteħtu jagħtu qima.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.