MARK 16 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 16Il-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet(Mt 28,1-18; Lq 24,1-12; Ġw 20,1-10)

1Meta għadda s-Sibt, Marija ta’ Magdala, Marija omm Ġakbu, u Salomi xtraw xi fwejjaħ biex imorru jidilkuh bihom.

2U kmieni ħafna fl-ewwel jum tal-ġimgħa, kif telgħet ix-xemx marru ħdejn il-qabar.

3U bdew jgħidu lil xulxin: “Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?”

4Iżda meta ħarsu, raw li l-ġebla kienet imressqa fil-ġenb; kienet ġebla kbira ħafna.

5Daħlu fil-qabar, u raw żagħżugħ bilqiegħda n-naħa tal-lemin, liebes libsa bajda; u nħasdu.

6Imma hu qalilhom: “Xejn la tinħasdu. Qegħdin tfittxu lil Ġesù ta’ Nazaret li kien imsallab; qam mill-mewt, mhuwiex hawn. Araw il-post fejn kienu qegħduh.

7Imma morru għidu lid-dixxipli tiegħu, u lil Pietru, li hu sejjer fil-Galilija qabilkom; tarawh hemmhekk, kif kien qalilkom.” ’l barra u tbiegħdu b’ġirja waħda mill-qabar, għax kellhom rogħda fuqhom u baqgħu mbellhin bil-biża’. U ma qalu xejn lil ħadd, għax beżgħu.

Ġesù jidher lil Marija ta’ Magdala(Mt 28,9-10; Ġw 20,11-18)

9Wara li qam mill-mewt filgħodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’ xjaten. li ma emmnux lil dawk li kienu rawh wara li qam mill-mewt.

15U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu.

16Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.It-tlugħ ta’ Ġesù fis-sema(Lq 24,50-53; Atti 1,3-14)

19U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help