1U għamel l-artal tas-sagrifiċċju tal-ħruq mill-injam tal-gażżi. Kien kwadru ħamest idriegħ tul u ħamsa wisa’, u tlitt idriegħ għoli. li kienu jservu fid-dħul tat-tinda tal-laqgħa.Il-bitħa
9Imbagħad għamel il-bitħa: fuq in-naħa ta’ Nofsinhar, ’l isfel, kellha purtiera ta’ għażel minsuġ fin, tul mitt driegħ;
10għoxrin pilastru bl-għoxrin maqgħad tagħhom tal-bronż; imma l-ganċijiet tal-pilastri bil-faxex tagħhom kienu tal-fidda.
11U n-naħa tat-Tramuntana mitt driegħ tul, b’għoxrin pilastru, għoxrin maqgħad tal-bronż, bil-ganċijiet u l-faxex tal-pilastri tal-fidda.
12U n-naħa tal-Punent kien hemm ħamsin driegħ ta’ purtieri; għaxar pilastri u għaxar imqagħad tagħhom, u għaxar ganċijiet għall-pilastri u l-faxex tagħhom tal-fidda.
13Fuq quddiem, in-naħa tal-Lvant, kien hemm ħamsin driegħ;
14ħmistax-il driegħ purtieri fuq ġenb bit-tliet pilastri u t-tliet imqagħad tagħhom.
15U fuq il-ġenb l-ieħor, minn naħa u minn oħra tal-bieb tal-bitħa, ħmistax-il driegħ bit-tliet pilastri u t-tliet imqagħad tagħhom.
16Il-purtieri kollha ta’ madwar il-bitħa kienu tal-għażel minsuġ fin;
17l-imqagħad tal-bronż, il-ganċijiet tal-pilastri u l-faxex tagħhom tal-fidda; il-kisja ta’ rjushom kienet tal-fidda, u l-pilastri kollha miksija bil-fidda.
18Il-purtiera tal-bitħa kienet tad-drapp minsuġ fin u mżewwaq; vjola, porpra u skarlatt, u għażel mibrum fin; twila għoxrin driegħ u ħamsa għolja, daqs il-wisa’ tal-purtieri tal-bitħa,
19bl-erba’ kolonni u l-erba’ mqagħad tagħhom tal-bronż; bil-ganċijiet tal-fidda; u l-kisja ta’ rjushom u l-faxex tagħhom tal-fidda.
20L-imsiemer tat-tinda u tal-bitħa dawramejt kienu tal-fidda.
In-nefqa għat-tabernaklu21Dan hu l-kont tat-tabernaklu, it-tinda tax-xhieda, kif kien magħmul bl-ordni ta’ Mosè, permezz tal-Leviti taħt Itamar bin Aron il-qassis.
22Besalel bin Uri, bin Ħur, mit-tribù ta’ Ġuda, għamel kulma kien ordna l-Mulej permezz ta’ Mosè,Eż 31,2-6; 35,30; 36,1.
23flimkien ma’ Oħolijab bin Aħisamak, mit-tribù ta’ Dan, bniedem tas-sengħa, disinjatur u nissieġ fil-vjola, fil-porpra, fl-iskarlatt u fl-għażel.
24Id-deheb kollu biex saret din l-opra, ix-xogħol kollu tas-santwarju, kollu ġej mill-offerti tan-nies, laħaq disgħa u għoxrin talent u seba’ mija u tletin xekel, skont ix-xekel tas-santwarju.
25U l-fidda, miġbura mill-magħdudin tal-ġemgħa, laħqet mitt talent u elf u seba’ mija u ħamsa u sebgħin xekel skont ix-xekel tas-santwarju:Eż 30,11-16; Num 1,45-46.
26beka kull ras, jiġifieri nofs xekel tas-santwarju, minn kull min kien magħdud minn għoxrin sena ’l fuq, għal sitt mija u tlitt elef u ħames mija u ħamsin raġel.
27Il-mitt talent tal-fidda servew għat-tidwib tal-imqagħad tat-tabernaklu, u tal-imqagħad tal-purtiera: mitt talent għal mitt maqgħad, talent għal kull maqgħad.
28Elf u seba’ mija u ħamsa u sebgħin xekel servewh biex jagħmel il-ganċijiet tal-pilastri u jiksi l-irjus tagħhom u jdawwarhom bil-faxex.
29Il-bronż li offrew laħaq sebgħin talent u elfejn u erba’ mitt xekel;
30bih għamel l-imqagħad tad-dħul tat-tabernaklu tal-laqgħa, l-artal tal-bronż bil-gradilja tal-bronż; u t-tagħmir tal-artal;
31l-imqagħad ta’ madwar il-bitħa u l-imqagħad tal-bieb tal-bitħa, u l-imsiemer tat-tabernaklu, u l-imsiemer ta’ madwar il-bitħa.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.