1Nitlob lill-presbiteri li hemm fostkom, bħala presbiteru jien ukoll u xhud tat-tbatijiet ta’ Kristu, u bħala wieħed li għandu sehem mill-glorja li għad trid tidher:
2irgħu l-merħla ta’ Alla fdata f’idejkom. Ħudu ħsiebha, mhux bilfors, imma minn qalbkom, kif irid Alla; mhux għall-qligħ baxx, imma bil-ħeġġa tal-imħabba;
3mhux bħallikieku taħkmu bil-qawwa fuq dawk li messewkom b’xortikom, imma billi tkunu eżempju tal-merħla.
4Imbagħad, meta jidher ir-Ragħaj il-Kbir, tiksbu l-kuruna tal-glorja minsuġa minn ward li ma jidbielx.
5Hekk ukoll intom iż-żgħażagħ, oqogħdu għall-kelma tal-presbiteri. Ilkoll kemm intom, imbagħad, ilbsu l-umiltà ma’ xulxin għax
“Alla jeqfilhom lill-kburin,
imma lill-umli jagħtihom il-grazzja.”
6Kunu mela umli taħt l-id setgħana ta’ Alla, biex hu jerfagħkom meta jkun il-waqt.
8Kunu meqjusa u għassu. L-għadu tagħkom ix-Xitan qisu ljun jgħajjat, idur u jfittex ’il min se jibla’.1 Tess 5,6.
9Iqfulu, sħaħ fil-fidi. Intom tafu li ħutkom, imxerrdin fid-dinja, qegħdin jaqsmu magħkom l-istess tbatijiet tagħkom.Ef 6,11-13; Ġak 4,7.
10Imbagħad, wara li tkunu batejtu għal ftit żmien, Alla li jagħti kull grazzja, li sejħilkom għall-glorja tiegħu ta’ dejjem fi Kristu, hu nnifsu jerġa’ jġeddidkom, iwettaqkom, isaħħaħkom u jqegħedkom fis-sod.1 Tess 2,12.
11Tiegħu hi s-setgħa għal dejjem! Ammen.
L-aħħar tislijiet12Ktibtilkom dan il-ftit kliem permezz ta’ Silvanu, li għalija hu ħija fidil, biex inħeġġiġkom u nixhdilkom li din hi tassew il-grazzja ta’ Alla. Żommu sħiħ fiha!
13Il-knisja, li hi f’Babilonja, magħżula bħalkom, isselli għalikom. Iselli wkoll għalikom Marku, ibni.
14Sellmu lil xulxin b’bewsa ta’ mħabba. Is-sliem lilkom ilkoll, li intom fi Kristu!
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.