EŻEKJEL 30 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 30Tmiem l-Eġittu fil-qrib

1U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:

2“O bniedem, ħabbar u għidilhom:

Dan jgħid Sidi l-Mulej:

Ibku! Jaħasra għal dakinhar!

3Qorob il-Jum, qorob Jum il-Mulej!

Jum imsaħħab ikun waqt il-ġnus!

4Tasal ix-xabla fuq l-Eġittu,

u jkun hemm swied il-qalb f’Kus,

meta jaqgħu l-maqtulin fl-Eġittu.

Jeħdulhom ġidhom, u jiġġarrfu sisienhom.

5Kus, u Put, u Lud, u l-Għarabja kollha,

u Kub u n-nies tal-pajjiż imsieħeb miegħu

jaqgħu taħt ix-xabla.

6Dan jgħid il-Mulej;

Jaqgħu dawk li għenu lill-Eġittu,

u l-kburija ta’ qawwietu titniżżel;

minn Migdol sa Suweni

bix-xabla għad jaqgħu fih,

oraklu ta’ Sidi l-Mulej.

7“Tkun art xagħrija f’nofs artijiet xagħrija, u blietu jkunu ħerba f’nofs bliet imħarbta.

8“U jkunu jafu li jien il-Mulej, meta jien inkebbes nar fl-Eġittu u jitfarrku dawk kollha li jgħinuh.

9“Dakinhar joħorġu u jitilqu minn għandi messaġġiera ħfief biex ibeżżgħu lil Kus bla ħsieb; u dawn jaqbadhom biża’ kbir f’jum l-Eġittu, għax tassew ikun wasal.

10“Dan jgħid Sidi l-Mulej:

Jien intemm il-ġid tal-Eġittu permezz ta’ Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja.

11Hu u l-poplu tiegħu, l-iktar b’saħħtu fost il-ġnus, jinġiebu biex iħarbtu l-art, u jisiltu x-xwabel kontra l-Eġittu u l-pajjiż jimlewh bil-maqtulin., fl-ewwel xahar, fis-sebgħa tax-xahar, ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:

21“O bniedem, il-Fargħun, sultan tal-Eġittu, kissirtlu driegħu, u, ara, mhux infaxxat: ma dewwewhx, ma rabtuhx bil-faxex, biex jieħu saħħtu u jaqbad ix-xabla.”

22Għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej:

“Arani għal wara l-Fargħun, sultan tal-Eġittu, u jien inkissirlu dirgħajh it-tnejn, id-driegħ is-sħiħ u d-driegħ il-miksur, u nwaqqagħlu x-xabla minn idu.

23U nxerred l-Eġizzjani fost il-ġnus, u nferrixhom fl-artijiet.

24“Insaħħaħ dirgħajn is-sultan ta’ Babilonja u nagħtih ix-xabla tiegħu f’idu u nkisser dirgħajn il-Fargħun u dan jaqa’ midrub u jokrob quddiemu.

25Jien insaħħaħ dirgħajn is-sultan ta’ Babilonja, u dirgħajn il-Fargħun jintelqu. Ħa jkunu jafu li jien il-Mulej, meta nagħti x-xabla tiegħi f’id is-sultan ta’ Babilonja, u jvenvinha fuq l-art tal-Eġittu.

26“U jien inxerred l-Eġizzjani fost il-ġnus, u nferrixhom fl-artijiet kollha, u jkunu jafu li jien il-Mulej.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help