TOBIT 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7Fid-dar ta’ Ragħwel

1Kif daħlu f’Ekbatana, Tobija qal lil sieħbu: “Ħija Għażarija, ħudni dritt għand qaribna Ragħwel!” U ħadu għand Ragħwel, u sabuh bilqiegħda fil-bieb tal-bitħa, u sellmulu huma l-ewwel, u hu qalilhom: “Sliem sħiħ għalikom, ħuti, wasaltu sewwa, qawwijin u sħaħ!”

2U daħħalhom f’daru, u qal lil martu Għedna: “Ara kemm jixbah lil ħija Tobit dan iż-żagħżugħ!”

3Għedna mbagħad bdiet tistaqsihom: “Mnejn intom, ħuti?” “Aħna minn ulied Naftali,” weġbuha, “mill-itturufnati f’Ninwè.”

4“Tafu lil Tobit, qaribna?” staqsiethom. U huma weġbuha: “Nafuh.”

U Ragħwel wieġbu: “Hekk nagħmel: nagħtiha lilek skont il-liġi tal-Ktieb ta’ Mosè; is-sema stess qatagħha li nagħtiha lilek. Ħu lil oħtok. Minn issa ’l quddiem int ħuha u hi oħtok. Tiegħek hi mil-lum ’il quddiem għal dejjem. U Sid is-sema jagħtikom ir-risq il-lejla, ibni; iħenn għalikom u jagħtikom is-sliem.”

13Ragħwel sejjaħ lil bintu Sara, u meta ġiet, ħadilha idha u taha lil Tobija, u qallu: “Ħudha kif għandi nagħtihielek b’martek skont il-liġi u l-ordni li hemm miktuba fil-Ktieb ta’ Mosè. Żommha għalik, u ħudha għand missierek qawwija u sħiħa. Alla tas-smewwiet iwassalkom bis-sliema.”Ħelsien mid-demonju

15Ragħwel sejjaħ lil martu Għedna, u qalilha: “Oħti, lesti l-kamra l-oħra tar-rqad, u daħħal fiha lil Sara.”

16Għedna marret u lestiet il-kamra kif qalilha, u daħħlet lil Sara fiha bid-dmugħ f’għajnejha minħabba fiha. Imbagħad ixxuttat id-dmugħ u qaltilha:

17“Agħmel il-qalb binti, Sid is-smewwiet jagħtik ir-risq wara dan l-għali kollu tiegħek. Qawwi qalbek, binti.” U ħarġet minn hemm.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help