2 KRONAKI Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIt-tieni ktieb tal-Kronaki jkompli fejn ħalla l-ewwel ktieb, bl-istess metodu li jirrepeti l-ġrajjiet tal-kotba tas-slaten imma minn angolu differenti. Waħda mid-differenzi mill-Kotba tas-Slaten, per eżempju, hi li f’dan il-ktieb ftit li xejn naqraw dwar is-saltna tat-Tramuntana.Il-protagonista, din id-darba, hu Salamun li jiġi mfaħħar bil-kbir bħala s-sultan ideali ta’ Iżrael. Il-ġrajja taż-żewġ saltniet, l-aktar dik tan-Nofsinhar, tasal sal-waqgħa ta’ Ġerusalemm fis-sena 587 QK.L-ewwel disa’ kapitli jagħmlu enfasi kbir fuq il-bini u d-dedikazzjoni tat-tempju u fuq li l-poplu rabat il-qima tiegħu lil Alla ma’ dan il-post. Il-bqija tal-ktieb (kap 10-36) jirrakkonta l-irvell tal-poplu u l-firda taż-żewġ saltniet. Dan il-ktieb juri kemm il-poplu ta’ Iżrael dineb u ċaħad lil Alla, u għalhekk ma kienx ta’ min jirrakkonta ġrajjietu.It-Tieni Ktieb tal-Kronaki jixħet dawl pożittiv fuq is-slaten Ħeżekija u Ġosija li dejjem taw sehemhom biex il-qima lejn Alla u ż-żamma tal-Liġi tiegħu jkunu fil-qalb tal-poplu.Wara li naqraw dwar l-eżilju tal-poplu lejn il-Babilonja, il-ktieb jikkonkludi b’xaqq ta’ tama għal-Lhud meta Ċiru, sultan tal-Persja jħalli lill-poplu ta’ Ġuda jirritorna lejn pajjiżu bil-wegħda li:Il-Mulej, Alla tas-sema, tani f’idejja s-saltniet kollha tal-art, u hu qabbadni nibnilu tempju f’Ġerusalemm, li hi f’Ġuda. Kull min minnkom hu mill-poplu tiegħu, ħa jkun il-Mulej miegħu, u jitla’ ” (36,23).It-taqsim tal-ktiebIr-renju ta’ Salamun (1,1—9,31)L-ewwel snin (1,1-17)Il-bini tat-Tempju (2,1—7,10)Is-snin ta’ wara (7,11—9,31)Ir-rewwixta mit-tribujiet tat-Tramuntana (10,1-19)Is-slaten ta’ Ġuda (11,1—36,12)Il-waqgħa ta’ Ġerusalemm (36,13-23)