1Minn Elim, il-ġemgħa kollha ta’ wlied Iżrael refgħu t-tined tagħhom u, fil-ħmistax-il jum tat-tieni xahar minn ħruġhom mill-art tal-Eġittu, waslu fid-deżert ta’ Sin, li jinsab bejn Elim u s-Sinaj.
9Mosè, imbagħad, qal lil Aron: “Għid lill-ġemgħa kollha ta’ Iżrael: ‘Ersqu quddiem il-Mulej għax sama’ t-tgergir tagħkom.’ ”
10U kif Aron kien ikellem lill-ġemgħa kollha ta’ Iżrael, u ħarsu lejn id-deżert, hemm hi, il-glorja tal-Mulej dehret fi sħaba.
11U l-Mulej kellem lil Mosè:
12“Jien smajt it-tgergir ta’ wlied Iżrael. Kellimhom u għidilhom: ‘Filgħaxija tieklu l-laħam u filgħodu tixbgħu bil-ħobż. U tkunu tafu li jiena l-Mulej, Alla tagħkom.’ ”
13U ġara li filgħaxija dehret qatgħa summien tittajjar fl-għoli u għattiet it-tined kollha, u filgħodu kien hemm wiċċ nida madwar it-tined.
14Meta din in-nida għabet, fuq wiċċ id-deżert kien hemm xi ħaġa rqiqa qisha ġlata fuq l-art.
15Malli wlied Iżrael raw dan, bdew jgħidu wieħed lil ieħor: “Man-hu?” - Għax ma għarfux x’inhu. Mosè qalilhom: “Dan hu l-ikel li l-Mulej takom biex tieklu.” biex tintrefa’ hemm.
35U wlied Iżrael kienu jieklu l-manna għal erbgħin sena sakemm waslu f’art imgħammra; u baqgħu jieklu minnha sat-trufijiet tal-art ta’ Kangħan.Num 21,5; Ġoż 5,10-12.
36Għomer, jew siegħ, hu l-waħda minn għaxra ta’ kejl ta’ efa.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.