1Dan qal il-Mulej lil Ġeremija “Mur ixtri ġarra tal-fuħħar u ħu lil xi wħud mill-anzjani tal-poplu u mill-anzjani tal-qassisin,
2u mur oħroġ fil-wied ta’ Benħinnom li hemm biswit Bieb ix-Xaqquf, u hemm xandar il-kliem li se ngħidlek.
3Inti tgħid: ‘Isimgħu l-kelma tal-Mulej, intom slaten ta’ Ġuda u nies ta’ Ġerusalemm. Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: Arawni se nġib il-ħsara fuq dan il-post, li kull min jisma’ biha jżarżru widnejh.
4Għax huma telquni u pprofanaw dan il-post billi ħarqu l-inċens lill-allat barranin li, la huma, la missirijiethom, u lanqas is-slaten ta’ Ġuda ma kienu jafu bihom. Imlew dan il-post bid-demm tal-innoċenti.
6‘Għalhekk għad jasal żmien, oraklu tal-Mulej, li dan il-post ma jissejjaħx aktar ‘Tofet’ jew ‘Wied Benħinnom’, imma ‘Wied il-Qatla’.
10“Inti mbagħad tkisser il-ġarra quddiem in-nies li jiġu miegħek,
11u tgħidilhom: ‘Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: Hekk għad inkisser dan il-poplu u din il-belt, bħalma titkisser ġarra tal-fuħħar, bla ma tkun tista’ tissewwa. U f’Tofet għad jidfnu għax ma jkunx hemm post ieħor fejn.
14U Ġeremija telaq minn Tofet, fejn il-Mulej kien bagħtu jħabbar, u mar fil-bitħa tat-tempju tal-Mulej u qal lill-poplu kollu:
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.