ŻAKKARIJA 14 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 14It-taqbida tal-aħħar: sbuħija ta’ Ġerusalemm

1Ara, għad jiġi Jum għall-Mulej, meta jeħdulek ġidek priża u jaqsmuh bejniethom f’nofsok.

2U jien niġbor il-ġnus kollha kontra Ġerusalemm għat-taqbida, u l-belt taqa’ f’idejhom, id-djar jisirquhom, in-nisa jwaqqgħuhom fl-għajb; nofs il-belt tkun itturufnata, imma l-bqija tal-poplu ma jinqatax mill-belt.

6U jiġri dakinhar li ma jkunx hemm dawl, imma sirda u ksieħ.

7U jkun jum waħdieni, magħruf mill-Mulej; ma jkun hemm la binhar u lanqas billejl, għax filgħaxija jkun hemm id-dawl.

12U din tkun id-daqqa li biha l-Mulej isawwat il-popli kollha li għamlu gwerra lil Ġerusalemm: laħamhom jitħassrilhom waqt li jkunu għadhom fuq riġlejhom, għajnejhom jinfaqgħulhom f’ħofrithom, u lsienhom idubilhom f’ħalqhom.

13U tiġi fuqhom dakinhar taħwida tal-għaġeb min-naħa tal-Mulej, kull wieħed jaqbad id l-ieħor u jerfgħu jdejhom għal xulxin.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help