KOĦÈLET 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7Tippretendix tkun taf aktar milli hu meħtieġ

1Aħjar fama tajba miż-żejt prezzjuż,

aħjar jum il-mewt minn jum it-twelid.

2Aħjar tmur f’dar il-vistu

milli f’dar fejn hemm festa;

għax hemm il-ħaj iġib f’moħħu

kif dak hu tmiem il-bniedem.

3Aħjar wiċċ imnikket milli daħkan,

għax b’niket il-wiċċ titjieb il-qalb.

4Qalb l-għorrief tkun f’dar il-vistu,

u qalb il-boloh f’dar il-ferħ.

5Aħjar tisma’ ċ-ċanfir tal-għaref,

milli tisma’ l-għana tal-boloh:

6għax bħaċ-ċaqċiq tax-xewk jaqbad taħt il-borma,

hekk id-daħka tal-iblah.

Imma dan ukoll hu frugħa,

7għax il-moħqrija tħawwad moħħ l-għaref,

u r-rigali jħassrulu qalbu.

8Aħjar ittemm ħaġa milli tibdieha,

aħjar tistabar milli titkabbar.

9Tħallix il-korla tikbes malajr f’qalbek,

għax f’qalb il-boloh tbejjet il-korla.

10Tistaqsix:

“Kif inhi li ż-żminijiet ta’ dari

kienu aħjar minn tal-lum?”

Mhix ta’ għaref mistoqsija bħal din.

11Tajjeb l-għerf flimkien mal-ġid,

u jiswa għal min jara dawl ix-xemx.

12Fih kenn l-għerf u fihom kenn il-flus;

imma aħjar l-għerf

għax iħarreġ għall-ħajja lil min għandu lilu.

13Ħares lejn għemil Alla: jista’ xi ħadd jiddritta dak li Hu għamel mgħawweġ? fittex gawdi u f’jum l-għawġ oqgħod aħseb: l-għawġ u r-riżq qassamhom Alla biex il-bniedem xejn ma jikxef dwar il-ġejjieni tiegħu.

15Minn kollox rajt matul il-ħajja fiergħa tiegħi: mill-ġust li jmut minkejja tjubitu sal-ħażin li jtawwal għomru minkejja ħżunitu..

27“Ara x’sibt,” jgħid Koħèlet “wara li flejt ħaġa b’ħaġa biex insib tarf il-problema

28u għadni nfittex u ma sibtux: raġel f’elf sibtu, iżda mara fost in-nisa ma sibtx waħda”

29Ara dan biss sibt: li Alla għamel il-bniedem dritt, iżda huma jfittxu tagħwiġ bla għadd.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help