DANJEL BIL-GRIEG 1 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 1Iż-żgħażagħ Għebrej fil-palazz ta’ Nabukodonosor

1Fit-tielet sena tas-saltna ta’ Ġeħojakim is-Sultan ta’ Ġuda, Nabukodonosor, is-sultan ta’ Babilonja, tala’ Ġerusalemm biex jaħbat għaliha., fid-dar tal-alla tiegħu, u qegħedhom fit-teżor tat-tempju tal-alla tiegħu.

3Imbagħad is-sultan ordna lil Asfenaż, il-kbir fost l-uffiċjali tiegħu, biex iġib lil xi wħud mill-Iżraelin, kemm minn nisel is-sultan u kemm minn tal-kbarat,

4żgħażagħ li ma jkun fihom ebda difett, sbieħ f’surithom, imħarrġin f’kull għerf, mogħnija bid-dehen, jafu jħaddmu l-għaqal, u li jkunu jinqalgħu biex jaqdu fil-palazz tas-sultan, biex lilhom Asfenaż jgħallimhom il-kitba u l-ilsien tal-Kaldin.

5Is-sultan ried ukoll li ta’ kuljum jibda jingħatalhom sehem mill-ikel tas-sultan u mill-inbid li kien jixrob hu, u li jibqgħu jitħarrġu għal tliet snin, meta mbagħad jibdew jidhru quddiem is-sultan.

6Fosthom kien hemm Danjel, Ħananija, Misael u Għażarija, minn ulied Ġuda.

7Lilhom il-kap tal-uffiċjali tahom ismijiet oħra: lil Danjel semmieh Beltesassar, lil Ħananija Sidrak, lil Misael Mesak, u lil Għażarija Għabednegu.

8Issa Danjel kien għamel il-ħsieb li ma jitniġġisx bl-ikel tas-sultan u bl-inbid li kien jixrob hu, u talab lill-kap tal-uffiċjali biex ma jniġġisx.

18Meta wasal iż-żmien li fih iż-żgħażagħ kellhom jidħlu quddiem is-sultan, kif hu stess kien ordna, il-kap tal-uffiċjali daħħalhom quddiem Nabukodonosor.

19Is-sultan qagħad jitkellem magħhom, u fosthom ilkoll ma nstab ħadd bħal Danjel, Ħananija, Misael u Għażarija; u dawn baqgħu quddiem is-sultan.

20U f’kull ħaġa ta’ għerf u għaqal li kien jistaqsihom is-sultan, kien isibhom għaxar darbiet aqwa mill-maġi u l-bassara kollha li kien hemm fis-saltna kollha tiegħu..

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help