DEWTERONOMJU 24 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 24Id-divorzju

1“Jekk raġel jieħu mara u jiżżewwiġha, u mbagħad ma tkunx togħġbu għax ikun sab fiha xi ħaġa mhix xierqa, jiktbilha l-kitba tad-divorzju, u jagħtihielha f’idha, u jibgħatha ’l barra minn daru.

6“M’għandek tieħu xejn b’rahan mill-mitħna, la ħaġra ta’ fuq u lanqas il-ħaġra ta’ taħt, għax tkun qiegħed tieħu b’rahan il-ħajja ta’ dak li jkun.

7“Jekk jinqabad xi ħadd li jkun seraq lil xi wieħed minn ħutu, minn ulied Iżrael, u ijassru u jbigħu, dan il-ħalliel għandu jmut, u hekk tkun qridt il-ħażen minn ġo nofsok.

8“Fil-mard tal-ġdiem qisu sewwa li tagħmlu kulma jgħallmukom il-qassisin Leviti, bħalma jien diġà ordnajtilkom hekk tagħmlu.

10“Jekk tislef xi ħaġa lil għajrek, tidħolx ġewwa daru biex tieħu r-rahan tagħha,

11iżda ibqa’ barra, u r-raġel li tkun sliftu joħroġ u jġiblek ir-rahan barra.

12Jekk ikun xi bniedem fqir, la torqodx bir-rahan tiegħu;

13imma ma’ nżul ix-xemx qis li r-rahan troddulu lura, u hu jorqod bil-libsa tiegħu u jbierkek; u int ikollok il-ħlas quddiem il-Mulej.

14“La żżommx il-ħlas tal-miskin u l-fqir, sew jekk ikun wieħed minn ħutek, sew jekk ikun wieħed mill-barranin, li jkun jgħammar fi bliet artek.

17“La tgħawwiġx id-dritt tal-barrani jew tal-iltim; u lanqas tieħu b’rahan il-libsa tal-armla.

19“Meta tkun taħsad il-ħsad fir-raba’ tiegħek, u tinsa warajk xi qatta fl-għalqa, terġax lura biex tiġborha, imma ħalliha għall-barrani u l-iltim u l-armla, biex ibierkek il-Mulej, Alla tiegħek, f’kulma jagħmlu idejk.Eż 23,11; Dt 26,12-13; Lev 19,9-10; 23,22; Rt 2,2.

20Meta tfarfar iż-żebbuġ tiegħek, la tlaqqatx li jibqa’ fil-friegħi; ħallihom għall-barrani, għall-iltim u għall-armla.

21Meta tiġbor l-għeneb mid-dwieli tiegħek, la tiġborx li jifdal warajk, imma ħallihom għall-barrani, għall-iltim u għall-armla.

22Ftakar li int kont ilsir fl-Eġittu; għalhekk jien qiegħed nordnalek li tagħmel dan.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help