1U n-nies ta’ Efrajm qalulu: “Għaliex għamiltilna hekk, li ma sejjaħtilniex meta mort titqabad mal-Midjanin?” U tlewmu miegħu bl-aħrax., biex nagħtu l-ħobż lill-qtajja’ tiegħek?”
7U Gidgħon wieġeb: “Tajjeb! Meta l-Mulej jagħtini f’idejja lil Żebaħ u lil Salmunna, nidres ġisimkom bix-xewk u bl-għollieq tax-xagħri.”
8U tala’ minn hemm għal Penuwel u qalilhom l-istess; u n-nies ta’ Penuwel wieġbu l-istess bħan-nies ta’ Sukkot.
9U hu wieġeb l-istess lin-nies ta’ Penuwel u qalilhom: “Meta nerġa’ lura bis-sliem, inġarraf dan it-torri.”
10Żebaħ u Salmunna kienu f’Karkor bil-kamp tagħhom, b’xi ħmistax-il elf raġel; dan kulma kien baqa’ mill-kamp kollu ta’ wlied il-Lvant, li minnhom kienu waqgħu xi mija u għoxrin elf raġel kapaċi jħaddmu x-xabla.
11Gidgħon tala’ u qabad it-triq tan-nies li jgħammru fit-tined, fuq in-naħa tal-Lvant ta’ Noba u Ġogħba, u ħarbat il-kamp, meta n-nies ma kellhom ebda ħsieb ta’ xejn.
12Żebaħ u Salmunna ħarbu, u hu għamel għal warajhom, u qabad f’idejh lil dawn iż-żewġ slaten tal-Midjanin, Żebaħ u Salmunna, u ħarbat il-kamp kollu.
13Gidgħon bin Ġowas raġa’ lura mit-taqbida mit-telgħa ta’ Ħeres.
14U qabad żagħżugħ min-nies ta’ Sukkot u staqsieh; u dan kitiblu l-ismijiet tal-kapijiet u x-xjuħ ta’ Sukkot, sebgħa u sebgħin raġel.
15U mar għand in-nies ta’ Sukkot u qalilhom: “Hawn huma Żebaħ u Salmunna li għajjartuni bihom u staqsejtuni: ‘Għandek forsi f’idejk ’il Żebaħ u Salmunna biex nagħtuk il-ħobż għal niesek għajjenin?’ ”
16U qabad il-kbarat tal-belt; u ħa x-xewk u l-għollieq mix-xagħri, u dires bihom in-nies ta’ Sukkot.
17U ġarraf it-torri ta’ Penuwel u qatel in-nies tal-belt.
18U lil Żebaħ u Salmunna qalilhom: “Kif kienu n-nies li qtiltu f’Tabor?” U huma weġbuh: “Jixbhu lilek; kull wieħed donnu bin sultan.”
19U hu qalilhom: “Kienu ħuti, ulied ommi. Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, ma kontx noqtolkom, kieku ħallejtuhom ħajjin.”
20U dar fuq ibnu l-kbir Ġeter u qallu: “Qum u oqtolhom.” Imma ż-żagħżugħ ma silitx ix-xabla għax baża’, billi kien għadu tfal.
21U Żebaħ u Salmunna qalulu: “Qum, u nxteħet fuqna int, għax int għandek saħħa ta’ raġel.” U qam Gidgħon u qatel lil Żebaħ u lil Salmunna, u ħa l-oqmra li kienu ma’ għonq l-iġmla tagħhom.L-aħħar jiem ta’ Gidgħon
22U n-nies ta’ Iżrael qalu lil Gidgħon: “Saltan fuqna, int u ibnek, u bin ibnek, għax int salvajtna minn id il-Midjanin.”
23U weġibhom Gidgħon: “Ma nsaltanx fuqkom, la jien u lanqas ibni; il-Mulej isaltan fuqkom.”
24U ssokta jgħidilhom Gidgħon: “Ħaġa waħda nitlobkom: agħtuni kull wieħed il-ħoloq li ħadtu mill-priża” - għax kellhom kull wieħed ħoloq tad-deheb, billi l-għedewwa kienu Ismagħelin.
28Hekk il-Midjanin għakksuhom ulied Iżrael, u ma setgħux jerfgħu rashom aktar, u l-art strieħet għal erbgħin sena sakemm baqa’ ħaj Gidgħon.
29Ġerub-bagħal bin Ġowas mar u għammar f’daru.
30Gidgħon kellu sebgħin tifel li tnisslu minnu, għax kien iżżewweġ ħafna nisa.;
34ma ftakrux aktar fil-Mulej Alla tagħhom, li kien ħelishom minn id l-għedewwa tagħhom ta’ madwarhom.
35U ma wrewx imħabba lejn dar Ġerub-bagħal, Gidgħon, għall-ġid kollu li kien għamel ma’ Iżrael.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.