1Il-Mulej kellem lil Samwel: “Kemm se ddum qalbek sewda għal Sawl, meta jien neħħejtu minn sultan fuq Iżrael? Imla l-qarn biż-żejt u itlaq. Jien se nibagħtek għand Ġesse l-Betlemita, għaliex minn fost uliedu jien għażilt għalija sultan.”
6Ġara li, malli waslu, Samwel ra lil Elijab u qal: “Hawn quddiem il-Mulej il-midluk tiegħu?”
7U l-Mulej qal lil Samwel: “Tħarisx lejn is-sura tiegħu, jew it-tul ta’ persuntu, għax jien diġà warrabtu. Għax il-Mulej ma jarax bħalma jara l-bniedem, dak biss li jidher fl-għajn, imma l-qalb.”
13U Samwel ħa f’idejh il-qarn biż-żejt, u dilku quddiem ħutu. Minn dakinhar ’il quddiem niżel fuq David u ħakmu l-ispirtu tal-Mulej.
U Samwel qam u mar Rama.
David fil-palazz ta’ Sawl14L-ispirtu tal-Mulej warrab minn Sawl; u l-Mulej bagħat fuqu spirtu ħażin biex iħabbtu.
19U Sawl bagħat messaġġiera għand Ġesse jgħidulu: “Ibgħatli lil David, ibnek, li qiegħed mal-merħla.”
20U Ġesse ħa ħmar, għabbieh bil-ħobż, u żaqq inbid, u gidi u bagħathom ma’ David, ibnu, lil Sawl.1 Sam 9,7-8; 10,4; 16,1; 17,27-29.
21U David mar għand Sawl, u baqa’ miegħu; u dan ħabbu ħafna, u għamlu l-iskudier tiegħu.1 Sam 18,2.
22U Sawl bagħat jgħid lil Ġesse: “Ħa jibqa’ miegħi għax ħadt grazzja miegħu.”
23U kull meta l-ispirtu ta’ Alla kien ikun fuq Sawl, David kien jaqbad l-arpa, u jdoqqha b’idu, u Sawl kien jieħu r-ruħ u jħossu tajjeb, u l-ispirtu ħażin kien iwarrab minnu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.