1 KORINTIN 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7Il-ħajja tal-miżżewwġin

1Issa ngħidu xi ħaġa fuq li ktibtuli: tajjeb li raġel ma jmissx mara;

2imma minħabba ż-żina kull wieħed għandu jkollu martu u kull mara jkollha żewġha.

3Ir-raġel għandu jagħti lil martu li jmissha; hekk ukoll il-mara lil żewġha.

4Il-mara ma għandhiex dritt fuq ġisimha, iżda żewġha fuqha; hekk ukoll ir-raġel ma għandux dritt fuq ġismu, iżda martu fuqu.

5Iċċaħħdux lil xulxin minn xulxin, jekk ma tkunux ftehemtu minn qabel għal xi żmien, biex tagħtu ruħkom għat-talb u mbagħad terġgħu bħalma kontu qabel sabiex ma jittantakomx ix-Xitan jekk ma tkunux tifilħu żżommu.

6Dan qiegħed ngħidu bħala konċessjoni, u mhux b’ordni.

7Irrid li kulħadd ikun bħali; iżda kull wieħed għandu d-don tiegħu mingħand Alla: min ħaġa u min oħra.

8Lil dawk li mhumiex miżżewġa jew huma romol, ngħidilhom li jkun tajjeb għalihom li jibqgħu bħali.

9Jekk imbagħad ma jifilħux jaħkmu lilhom infushom, ħalli jiżżewġu; aħjar wieħed jiżżewweġ milli jinħaraq bil-passjoni.Il-ħajja li l-Mulej għażlilna

17Mill-bqija, kull wieħed jibqa’ fl-istat li l-Mulej kien tah meta sejjaħlu Alla. Hekk qiegħed nordna fil-knejjes kollha., ma għandi ebda preċett mill-Mulej, iżda nagħtikom parir bħala wieħed li, għall-ħniena tal-Mulej, hu bniedem ta’ fiduċja.

29Dan ngħidilkom, l-aħwa: iż-żmien qsar. Ħa jkunu, mela, dawk li għandhom mara, bħallikieku ma għandhomx; minħabba l-passjoni qawwija tiegħu, u jħoss il-bżonn li jsir hekk, jagħmel li jogħġbu u ma jagħmel xejn ħażin: ħa jiżżewġu.

37Imma min, jekk ikun sħiħ fil-fehma tiegħu u ma jkunx magħfus mill-bżonn u għandu l-ħila jimxi skont ir-rieda tiegħu u jkun qatagħha li jżomm ix-xebba miegħu, jagħmel ħaġa tajba.

38Hekk min jiżżewweġ ix-xebba li għandu miegħu jagħmel tajjeb; min ma jiżżewwiġhiex jagħmel aħjar.

39Il-mara tibqa’ marbuta ma’ żewġha sakemm jibqa’ ħaj. Iżda jekk żewġha jmut tkun ħielsa u tkun tista’ terġa’ tiżżewweġ lil min trid, basta fil-Mulej.Rum 7,2-3.

40Skont il-fehma tiegħi tkun iktar hienja jekk tibqa’ kif tkun; u jien naħseb li jien ukoll għandi l-Ispirtu ta’ Alla.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help