ĠEREMIJA 25 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 25Sebgħin sena eżilju

1Il-kelma li ġiet lil Ġeremija, għall-poplu kollu ta’ Ġuda, fir-raba’ sena ta’ Ġeħojakim bin Ġosija, sultan ta’ Ġuda, l-ewwel sena ta’ Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja -

8Għalhekk dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: ‘Talli ma smajtux kelmti,

9arawni, se nibgħat inġib il-ġnus kollha tat-Tramuntana, oraklu tal-Mulej, u Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja, il-qaddej tiegħi, u nġibhom kontra din l-art u kontra min jgħammar fiha u kontra dawn il-ġnus kollha ta’ madwarha u nitlaqhom għall-qerda, u nagħmel minnhom waħx, daħk u tħarbit għal dejjem. jibqgħu dawn il-ġnus iservu lis-sultan ta’ Babilonja.

13“U jien nagħmel li jseħħ kliemi li jien lissint kontra tagħha, kulma hu miktub f’dan il-ktieb, li Ġeremija ħabbar kontra l-ġnus kollha.

14Għax għad jaħkmu fuqhom ħafna ġnus u slaten kbar u jien inħallashom skont xogħolhom u għemil idejhom.’ ”It-tazza ta’ għadab il-Mulej

15Dan qalli l-Mulej, Alla ta’ Iżrael: “Ħu minn idejja din it-tazza nbid, inbid ibaqbaq, u isqiha lill-ġnus li se nibagħtek għandhom.

17U jien ħadt it-tazza minn idejn il-Mulej, u sqejtha lill-ġnus kollha li għandhom bagħatni l-Mulej:

18Ġerusalemm u l-ibliet kollha ta’ Ġuda, bis-slaten tagħha, u l-prinċpijiet tagħha, biex nagħmel minnhom ħerba u deżert, daħk u saħta bħalma huma llum;

19il-Fargħun, sultan tal-Eġittu, u l-qaddejja, u l-prinċpijiet tiegħu, u l-poplu tiegħu kollu;

20u t-taħlit ta’ popli u s-slaten kollha ta’ art Għus; u s-slaten kollha ta’ art il-Filistin: Askalon, Gaża, Għekron u l-fdal ta’ Asdod;

21Edom u Mowab u wlied Għammon;

22u s-slaten kollha ta’ Tir, u s-slaten kollha ta’ Sidon, fil-qrib u s-slaten tal-gżejjer ’il hinn mill-baħar;

23u Dedan, u Tema u Buż u ’l dawk kollha li jqaxxru d-dawra ta’ rashom;

24u s-slaten kollha tal-Għarab u s-slaten kollha tal-popli mħallta li jgħammru fid-deżert;

25u s-slaten kollha ta’ Żimri u s-slaten kollha ta’ Għelam u s-slaten kollha tal-Medja;

26u s-slaten kollha tat-Tramuntana, fil-qrib u fil-bogħod, wieħed wara l-ieħor, u s-saltniet kollha fuq wiċċ l-art. U wara dawn kollha jixrob is-sultan ta’ Sesak.

27“U int tgħidilhom: Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti, Alla ta’ Iżrael: ‘Ixorbu, iskru, tqallgħu, sa ma taqgħu fl-art u ma tqumux iżjed quddiem ix-xabla li se nibgħat f’nofskom.’

30“U int ħabbrilhom dan kollu u għidilhom:

‘Il-Mulej għad jgħajjat mill-għoli;

mill-għamara mqaddsa tiegħu jgħolli leħnu;

jgħajjat bil-qawwi għal fuq il-mergħa tiegħu;

għajjat bħal tal-għassara jgħajjat,

għal kull min jgħammar fl-art.

31Dan l-għajjat jasal sa truf l-art;

għax għandu xi jgħid il-Mulej mal-ġnus,

u se jagħmel ħaqq minn kull bniedem,

u l-ħżiena se jerħilhom għax-xabla,’ ”

oraklu tal-Mulej.

32Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti:

“Araw! Il-ħsara tgħaddi minn ġens għal ġens,

u riefnu kbir se jqum minn truf l-art.

33U jkunu l-maqtulin mill-Mulej dakinhar,

imxerrda minn tarf sa tarf tal-art.

Ma jibkuhomx, ma jiġbruhomx, ma jidfnuhomx;

u jsiru demel fuq wiċċ l-art.

34Werżqu, rgħajja, u għajtu,

tmiegħku fit-trab, mexxejja tal-merħla,

jiemkom magħduda għall-qatla,

bħall-aħjar imtaten għad taqgħu mejta.

35U ma jkunx hemm kenn għar-rgħajja,

u anqas ħelsien għall-mexxejja tal-merħla.

36Jidwi l-għajjat tar-rgħajja,

u t-twerżiq tal-mexxejja tal-merħla,

għax iħarbat il-Mulej il-mergħat tagħhom;

37u tħarbtu l-oqsma ħiemda

minħabba s-saħna tal-korla tal-Mulej.

38L-iljun iħalli l-bejta tiegħu,

għax arthom saret ħerba,

minħabba x-xabla qerrieda,

u s-saħna tal-għadab tiegħu.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help