EŻODU 29 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 29Il-konsagrazzjoni tal-qassisin

1“Dan hu r-rit li għandek iżżomm biex tikkonsagrahom, u jservuni bħala qassisin. Ħu għoġol u żewġ imtaten bla difett.

8Imbagħad ressaq lil uliedu; libbishom it-tonok;

9ħażżimhom bit-trieħi, u xiddilhom it-turbant; u s-saċerdozju jkun tagħhom b’liġi għal dejjem. Hekk int tagħmel qassisin lil Aron u lil uliedu.

10“Imbagħad ġib l-għoġol ħdejn it-tinda tal-laqgħa, u huma jqiegħdu idejhom fuq rasu.

11U int oqtol l-għoġol quddiem il-Mulej, ħdejn il-bieb tat-tinda tal-laqgħa.

12Ħu ftit mid-demm tal-għoġol, u qiegħdu fuq qrun l-artal b’subgħajk; u l-bqija tad-demm sawbu kollu f’riġlejn l-artal.

15“Imbagħad ħu wieħed mill-imtaten, u Aron u wliedu jqiegħdu idejhom fuq ras il-muntun.

16Oqtol il-muntun, iġbor id-demm tiegħu, u xerrdu fuq l-artal madwaru kollu.

19“Ħu l-muntun l-ieħor; u Aron u wliedu jqiegħdu idejhom fuqu;

20u int oqtol il-muntun u ħu ftit minn demmu u miss bih tarf il-widna l-leminija ta’ Aron u tarf il-widna l-leminija ta’ wliedu, u fuq subagħhom il-kbir ta’ idhom il-leminija, u subagħhom il-kbir ta’ sieqhom il-leminija, u xerred il-bqija tad-demm taħt l-artal madwaru kollu.

21Imbagħad tieħu ftit mid-demm li jkun hemm fuq l-artal u miż-żejt tal-konsagrazzjoni, u roxx minnu fuq Aron u fuq ilbiesu, u fuq uliedu u lbieshom. Hekk hu u lbiesu jkunu kkonsagrati, u wliedu u lbies uliedu wkoll miegħu.

22“Imbagħad ħu x-xaħam tal-muntun, u d-denb, u x-xaħam li jiksi l-ġewwieni, u t-tebqa tal-fwied, u ż-żewġ kliewi b’xaħamhom, u s-sieq il-leminija, - għax dan hu l-muntun tal-konsagrazzjoni tal-qassisin;

23ħu ħobża u ftira biż-żejt u ftira oħra rqiqa mill-qoffa tal-ażżmu li qiegħed quddiem il-Mulej.; u dan ikun sehmek. ma jista’ jiekol minnu, għax dan ikel qaddis.

34Jekk imbagħad jibqa’ sa filgħodu xi fdal mil-laħam offert għall-ħatra jew mill-ħobż offert, int għandek taħarqu bin-nar, m’għandux jittiekel, għax ħaġa qaddisa.

35“Dan int tagħmel ma’ Aron u wliedu, skont ma ordnajtlek; sebat ijiem idum ir-rit tal-konsagrazzjoni.

36Int offri għoġol kuljum b’sagrifiċċju tal-purifikazzjoni għall-espjazzjoni. Int ukoll toffri sagrifiċċju tal-purifikazzjoni għall-artal meta tiġi biex tagħmel għalik ir-rit tal-espjazzjoni, u tidilku u tikkonsagrah..

Is-sagrifiċċju ta’ kuljumLev 16,18-20; Num 4,15; 2 Sam 6,6-7.

38“Dan hu li għandek toffri għal dejjem fuq l-artal: żewġt iħrief ta’ dik is-sena kuljum;Lev 6,2-6; Num 28,3-8.

39ħaruf filgħodu u ieħor filgħaxija.

40Mal-ewwel wieħed toffri daqs siegħ dqiq fin ma’ tlitt infas taż-żebbuġ misħuq; u sawwab tlitt infas inbid.

41Int toffri l-ħaruf l-ieħor filgħaxija, u bħal filgħodu toffri miegħu d-dqiq u t-tiswib taż-żejt u l-inbid - offerta tfuħ, offerta bin-nar lill-Mulej.

42Din tkun sagrifiċċju tal-ħruq għal dejjem minn ġenerazzjoni għal oħra tagħkom quddiem il-bieb tat-tinda tal-laqgħa, fejn niltaqa’ miegħek biex hemm inkellmek.Eż 25,22.

43Hemm niltaqa’ mal-poplu ta’ Iżrael, u tkunu mqaddsa bil-glorja tiegħi.Eż 24,16; 40,34.

44Jien nikkonsagra t-tinda tal-laqgħa u l-artal; u nikkonsagra wkoll lil Aron u lil uliedu biex ikunu qassisin ħa jservuni.

45“Jien ngħammar f’nofs ulied Iżrael, u jien inkun Alla tagħhom,Eż 25,22.

46u huma jkunu jafu li jien il-Mulej, Alla tagħhom, li ħriġthom mill-art tal-Eġittu biex ngħammar f’nofshom. Jien il-Mulej Alla tagħhom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help