2 TIMOTJU Ħarsa ħafifa lejn l-ittra - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn l-ittraFit-tieni ittra tiegħu lil ibnu fil-fidi, Pawlu hu aktar personali milli fl-ewwel waħda. Jgħidlu li jitlob għalih il-ħin kollu għax irid jarah xhud serju ta’ Kristu. Isemmilu lil ommu u lil nanntu b’isimhom għax huma kienu xhieda ta’ fidi ħajja għalih, u jfakkru fil-mument meta hu wkoll irċieva l-Ispirtu s-Santu permezz tat-tqegħid ta’ idejn Pawlu fuqu.Ladarba hemm fih fidi hekk qawwija, Timotju m’għandu qatt jaqta’ qalbu quddiem il-persekuzzjoni u t-tbatija. Jinkoraġġih jibqa’ xandar qalbieni tal-Evanġelju ta’ Kristu, u ma jaqax fit-tentazzjonijiet tax-xitan, kif kien ġralhom tant uħud li ġew influwenzati mit-tagħlim żbaljat li kien qiegħed jinxtered.Pawlu kiteb din l-ittra meta kien priġunier Ruma u qed jistenna l-martirju. Jiftaħ qalbu ma’ Timotju dwar it-tbatijiet li kien għaddej minnhom, imma li xorta ma kinux qed ibegħduh mill-fiduċja totali li Kristu jibqa’ miegħu sal-aħħar. Jitolbu biex jieħu l-eżempju tiegħu u jkun suldat tajjeb fit-taqbida favur l-Evanġelju.Il-messaġġ ta’ tama hu liJekk aħna mitna għad ngħixu miegħu wkoll;Jekk insofru bis-sabar, għad insaltnu miegħu wkoll (2,11-12a).It-taqsim tal-ittraIntroduzzjoni (1,1-2)Tifħir u twissijiet (1,3—2,13)Parir u twiddib (2,14—4,5)Is-sitwazzjoni ta’ Pawlu nnifsu (4,6-18)Konklużjoni (4,19-22)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help