1Isboset bin Sawl sama’ li Abner kienu qatluh f’Ħebron, u għebet il-ħila minn idejh, u Iżrael kollu baqgħu mbellhin.
2Isboset bin Sawl kellu żewġ kapijiet tal-eżerċtu, jisimhom wieħed Bagħna u l-ieħor Rekab, ulied Rimmon minn Birot mit-tribù ta’ Benjamin, billi Birot kienet fl-art ta’ Benjamin..
5Ulied Rimmon il-Biroti, Rekab u Bagħna, marru u daħlu f’dar Isboset fl-eqqel tas-sħana tal-jum, u sabuh rieqed ir-raqda ta’ nofsinhar.
6Il-mara tal-bieb kienet qiegħda tnaqqi l-qamħ, ħadha n-ngħas u raqdet.
7U Rekab u Bagħna, ħuh, baqgħu deħlin inkiss inkiss ġod-dar, u sabuh mimdud fuq friexu f’kamartu; qatluh, qatgħulu rasu, ħaduha, u baqgħu sejrin biha l-lejl kollu fl-Għaraba.
8U ġiebu ras Isboset għand David f’Ħebron u qalu lis-sultan: “Hawn hi ras Isboset bin Sawl, l-għadu tiegħek, li kien ifittixlek ħajtek. Il-Mulej illum tħallas b’risq sidi s-sultan minn Sawl u minn nislu.”
9U David wieġeb lil Rekab u lil ħuh Bagħna, ulied Rimmon il-Biroti, u qalilhom: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, li ħelisni minn kull għawġ!
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.