1Fil-bidu kien il-Verb,
u l-Verb kien ma’ Alla,
u l-Verb kien Alla.
2Hu kien fil-bidu ma’ Alla.
3Kollox bih sar,
u xejn ma sar mingħajru;
kulma sar
5Id-dawl jiddi fid-dlam,
imma d-dlam ma għelbux.
6Kien hemm raġel mibgħut minn Alla,
jismu Ġwanni.
7Dan ġie bħala xhud,
biex jixhed għad-dawl,
biex bih kulħadd jemmen.
8Ġwanni ma kienx id-dawl,
imma ġie biex jixhed għad-dawl,
9dak id-dawl veru,
li jdawwal kull bniedem,
huwa u ġej fid-dinja.
10Kien fid-dinja,
u d-dinja saret bih,
imma d-dinja ma għarfitux.
11Ġie f’daru,
u niesu ma laqgħuhx.
12Imma lil dawk li laqgħuh
tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla,
dawk li jemmnu f’ismu,
13li twieldu mhux mid-demm, anqas mill-ġibda tal-ġisem, u anqas mir-rieda tal-bniedem, iżda minn Alla.
14U l-Verb sar bniedem u għammar fostna,
u aħna rajna l-glorja tiegħu,
il-glorja li għandu mill-Missier bħala Ibnu l-waħdieni,
mimli bil-grazzja u l-verità.
15Ġwanni ta xhieda fuqu
meta għajjat u qal:
“Dan hu li għalih għedtilkom,
‘Jiġi warajja, imma hu aqwa minni,
għax kien minn qabli.’ ”
16Għax mill-milja tiegħu aħna lkoll ħadna,
grazzja fuq grazzja.
17Alla ta l-Liġi permezz ta’ Mosè
imma l-grazzja u l-verità
seħħew permezz ta’ Ġesù Kristu.
18Lil Alla għadu ħadd ma rah;
imma għarrafhulna l-Iben il-waħdieni ta’ Alla,
li hu fi ħdan il-Missier.Ix-xhieda ta’ Ġwanni l-Battista(Mt 3,1-12; Mk 1,1-8; Lq 3,1-18)
19Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh, “Int min int?”,
20hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija.”
‘Wittu t-triq tal-Mulej.’ ”
24Issa dawk il-messaġġiera kienu min-naħa tal-Fariżej.
25Huma staqsewh: “Mela kif qiegħed tgħammed la m’intix il-Messija, u la Elija u lanqas il-Profeta?”, in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fejn Ġwanni kien jgħammed.Il-Ħaruf ta’ Alla
29L-għada Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja.L-ewwel dixxipli
35L-għada Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu.
36Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla.”.
40Wieħed mit-tnejn li semgħu x’kien qal Ġwanni u marru wara Ġesù kien Indrì, ħu Xmun Pietru.Ġesù jsejjaħ lil Filippu u ’l Natanjel
43L-għada Ġesù ddeċieda li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: “Ejja warajja.”
44Filippu kien minn Betsajda, il-belt ta’ Indrì u Pietru. qabel ma sejjaħlek Filippu.”
49“Rabbi,” qallu Natanjel, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael!”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.