1Tiftaħx fommok kif ġieb u laħaq, u tiddeċiedi xejn addoċċ quddiem Alla, għax Alla fis-sema qiegħed u inti fuq l-art; ħa jkun, mela, ftit il-kliem tiegħek.
7Jekk f’xi qasam tal-pajjiż tara l-fqir jinħaqar u d-dritt u l-ħaqq mirfusa, m’għandekx tistagħġeb b’dan, għax kull uffiċjal hemm wieħed ogħla għassa tiegħu, u fuqhom it-tnejn hemm ieħor ogħla minnhom. hu għal kulħadd, imma huwa s-sultan li jinqeda l-ewwel mir-raba’.
Il-frugħa tal-għana9Min iħobb il-flus ma jixbax bil-flus, u min iħobb l-għana ma jixbax bil-qligħ. Dan ukoll hu frugħa.Prov 28,22.
10Jekk joktor il-ġid joktru wkoll dawk li jberbquh, u x’jibqagħlu s-sid ħlief li jarah biss b’għajnejh?Prov 19,6; Sir 13,6.
11Il-ħaddiem, jiekol ftit jew jiekol wisq, jiġih ħelu l-irqad, imma l-għani x-xaba’ ma jħallihx jieħu nagħsa.
12Rajt gwaj ieħor taħt ix-xemx: il-ġid li sid jerfa’ jisfagħlu ta’ ħsara.Ġob 20,20.
13Imur ħażin f’xi negozji u ġidu jintilef; imbagħad ikollu iben u dan ma jsib xejn f’idu.
14Għeri jkun ħareġ minn ġuf ommu, u għeri, kif ġie, jerġa’ lura, bla ma jkun ġabar xejn x’jieħu miegħu mit-taħbit tiegħu.Ġob 1,21; 1 Tim 6,7.
15Jaqaw mhux ukoll gwaj ikrah li wieħed jerġa’ jitlaq bħalma jkun ġie? X’jiswielu la jitħabat għar-riħ,
16la jiemu kollha fid-dlam jgħaddihom qalb ħafna għali, mard u inkwiet.
17Ara, mela, x’sibt li hemm tajjeb u jaqbel għall-bniedem: li jiekol u jixrob u jgawdi l-frott ta’ kull taħbit li jġarrab taħt ix-xemx tul l-għomor li Alla jisilfu: għax dan hu li jmissu.Koħ 2,24.
18U kull min Alla tah ġid u għana u setgħa li jgawdihom, ħa jieħu sehem u jifraħ b’xogħlu, għax dan ukoll hu don ta’ Alla.
19Hekk ma joqgħodx jitħasseb wisq fuq għomru meta Alla jżommu medhi bil-ferħ ta’ qalbu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.