LEVITIKU 27 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 27Il-wegħdi u l-għexur

1U kellem il-Mulej lil Mosè u qallu:

2“Kellem lil ulied Iżrael u għidilhom: Meta xi ħadd jagħmel wegħda lill-Mulej b’kemm tiswa ħajja ta’ bniedem,

3iqis ħamsin xekel tal-fidda skont ix-xekel tas-santwarju għal raġel bejn l-għoxrin u s-sittin sena;

4u għal mara, tletin xekel;

5u għal raġel bejn il-ħames snin u l-għoxrin, għoxrin xekel; u għal mara, għaxar xwiekel;

6għal raġel minn xahar sa ħames snin, ħames xwiekel, u mara, tliet xwiekel tal-fidda;

7u għal raġel ta’ sittin sena u fuqhom, ħmistax-il xekel, u għal mara, għaxar xwiekel.

8Jekk ikun fqir, u ma jiflaħx iħallas, jippreżenta ruħu quddiem il-qassis, u jara l-qassis kemm ikun jiswa; u l-qassis jistmah skont ma jkun jiflaħ min jagħmel il-wegħda.

9“Jekk tkun bhima li tista’ tingħata lill-Mulej b’sagrifiċċju, kulma jingħata minnha lill-Mulej ikun ikkonsagrat.

10Ma tistax tingħata ħaġa b’oħra, lanqas tinbidel ħaġa tajba f’waħda ħażina, u lanqas ħażina f’waħda tajba; jekk wieħed jibdilha, bhima b’bhima, il-waħda u l-oħra jkunu kkonsagrati.

11Jekk tkun bhima mniġġsa li ma tistax tingħata b’offerta lill-Mulej, jippreżentaw il-bhima quddiem il-qassis.

12U hu, tajba jew ħażina, jistmaha; u kemm jistmaha l-qassis, daqshekk tkun tiswa.

13U jekk wieħed ikun irid jifdiha, iżid mill-ħamsa waħda ma’ kemm tkun tiswa.

14“Meta wieħed jikkonsagra daru u jqaddisha lill-Mulej, jistmaha l-qassis, tajba jew ħażina; u kemm jistmaha l-qassis, daqshekk tkun tiswa.

15U jekk min jikkonsagraha jkun irid jifdiha, iżid mill-ħamsa waħda mal-flus li tkun tiswa, u tkun tiegħu.

16“Jekk wieħed jikkonsagra xi ħaġa mill-wirt tar-raba’ tiegħu lill-Mulej, inti tistmaha skont kemm tieħu żerriegħa, ħamsin xekel tal-fidda għal kull ħomer żerriegħa tax-xgħir.

17Jekk jikkonsagra l-għalqa tiegħu mis-sena tal-ġublew, il-ħlas jibqa’ sħiħ kif ikun.

18Imma jekk jikkonsagraha wara s-sena tal-ġublew, il-qassis jgħoddlu l-flus skont is-snin li jkun baqa’ għas-sena tal-ġublew; u dan jitnaqqas mill-prezz li tkun tiswa.

22“Jekk xi ħadd jikkonsagra lill-Mulej art li jkun xtara, u mhux mir-raba’ li jkun wiret,

23il-qassis jistmaha kemm tiswa sas-sena tal-ġublew, u jagħti kemm tkun tiswa dakinhar, u tkun ikkonsagrata lill-Mulej.

24Fis-sena tal-ġublew l-għalqa terġa’ lura għand min ikun xtraha mingħandu, jiġifieri għand sid l-art. x-xekel.

26“Ħadd ma jista’ jikkonsagra lill-Mulej l-ewwel ferħ tal-bhejjem, għax dan hu l-bikri tal-Mulej, sew jekk ikun tal-baqar, sew tan-nagħaġ, għax dan hu diġà tal-Mulej. minn kulma jkollu - bniedem, bhima, raba’ li jkun wiret - ma tista’ tinbiegħ jew tinfeda; kull ħaġa mwarrba tkun mill-aktar sagra lill-Mulej.Num 18,14; 1 Sam 15,21.

29L-ebda bniedem imwarrab ma jista’ jinfeda, iżda għandhom jagħtuh il-mewt.

30“L-għexur kollha tal-uċuħ tal-art, mill-qmuħ tar-raba’ u mill-frott tas-siġar, huma tal-Mulej u kkonsagrati lill-Mulej.Dt 14,22. Num 18,21-24; 2 Kron 31,5-6.

31U jekk wieħed ikun irid jifdi xi ħaġa minnhom, iżid mill-ħamsa waħda magħhom.

32L-għexur tal-baqar u tal-imrieħel huma dawn: l-għaxar ferħ minn kull għaxra, li jgħaddu minn taħt il-ħatar, ikun ikkonsagrat lill-Mulej.

33Ma joqgħodx jara jekk ikunx tajjeb jew ħażin; u ma jibdlux; u jekk jibdlu, it-tnejn, sew il-wieħed u sew l-ieħor, ikunu kkonsagrati lill-Mulej, u ma jistgħux jinfdew.”

34DawnLev 26,46. huma l-ordnijiet li ordna l-Mulej lil Mosè għal ulied Iżrael fuq il-muntanja tas-Sinaj.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help