ŻAKKARIJA Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebŻakkarija u Ħaggaj kienu żewġ profeti li bdew il-missjoni tagħhom fl-istess żmien. Għalhekk, il-messaġġi fiż-żewġ kotba għandhom tema komuni. Il-poplu kien beda x-xogħol fuq il-bini tat-tempju, imma issa ma kienx hemm il-ġid ta’ żmien David u Salamun biex jipprovdi għal bini maestuż bħat-tempju ta’ qabel.Il-ktieb tal-Profeta Żakkarija jinqasam bejn l-ewwel 8 kapitli u s-6 ta’ wara. Fl-ewwel taqsima naqraw dwar dehriet li Alla offra lil Żakkarija biex minnhom toħroġ il-pożizzjoni ta’ Ġuda f’dawk iż-żminijiet. Hekk il-profeta seta’ jwassal messaġġi ta’ tama għal futur aħjar, flimkien ma’ twissijiet biex jitwettqu t-tamiet.Żerubbabel il-gvernatur u Ġożwè l-qassis il-kbir, kienu l-magħżula biex imexxu l-poplu sakemm kellu jidher sultan - il-Magħżul ta’ Alla - li ma jmexxix biss lil Ġerusalemm, imma lejh jersqu l-popli kollha tad-dinja. Dan hu l-messaġġ speċjali li d-dehriet ta’ Żakkarija riedu jagħtu lill-poplu.Fl-aħħar 6 kapitli, hemm miġbura messaġġi li jagħtu indikazzjonijiet ċari tal-Messija li kellu jiġi. Żminijiet diffiċli kellhom jimmarkaw il-futur tal-poplu f’Ġuda, għax il-ġnus ta’ madwar kellhom jagħmlu ħerba minnhom. Imma Ġerusalemm tibqa’ tiddomina ’l fuq minn kull ħerba.Il-wegħda ta’ Alla kienet li hu jibgħat is-sultan magħżul biex jifdi l-poplu, mhux il-Lhud biss, u lanqas mill-ħakmiet tad-dinja; Alla jwiegħed li jibni Ġerusalemm ġdida. Hawn insibu togħma tat-Testment il-Ġdid. Alla għandu kontroll assolut tal-futur tal-bniedem u hu jista’ jagħtih tama ta’ ħajja ġdida.Fit-Testment il-Ġdid insibu lil Mattew u lil Ġwanni jiċċitaw il-vers minn Żakkarija li jgħid:Ifraħ kemm tiflaħ, bint Sijon;Għajjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm!Ara, is-sultan tiegħek ġej għandek;ġust u rebbieħ,umli u riekeb fuq ħmar,fuq felu ta’ ħmara (9,9).It-taqsim tal-ktiebMessaġġi ta’ twissija u tama (1,1—8,23)Ġudizzju fuq il-ġirien ta’ Iżrael (9,1-8)Ġid u sliem fil-ġejjieni (9,9—14,21)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help