FILEMON 1 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 1Tislima

1Pawlu, priġunier ta’ Kristu Ġesù u ħija Timotju lil Filemon seħibna l-għażiż fix-xogħol,.Imħabba u fidi

4Niżżi ħajr dejjem lil Alla tiegħi u niftakar fik fit-talb tiegħi.Pawlu jaqbeż għal Oneżimu

8Għalhekk iktar milli nikkmandak tagħmel li jenħtieġ - kif nista’ nagħmel b’wiċċi minn quddiem fi Kristu -

9jiena nitolbok, f’isem l-imħabba; jiena, Pawlu, raġel xwejjaħ, u issa priġunier ta’ Kristu Ġesù,,.

13Xtaqt kieku żammejtu miegħi, biex, kif jien fil-ħabs għall-Evanġelju, idur bija minflokok hu.

14Iżda ma ridt nagħmel xejn mingħajr ma nara x’jidhirlek int, biex l-opra tajba tiegħek ma tkunx għamiltha bilfors, imma tkun ħierġa mill-qalb.

17Int mela, jekk inti qalb waħda miegħi, ilqgħu bħallikieku kont jien!

18Jekk naqsek f’xi ħaġa jew jekk għandu jagħtik, ixħet kollox fuqi.

19B’idi stess qiegħed nikteb: “Jiena, Pawlu, inħallsek” - biex ma ngħidlekx li inti stess taf lilek innifsek lili.Gal 6,11; 2 Tess 3,17.

20Iva, ħija, nitolbok, agħmilli dan il-pjaċir minħabba fil-Mulej. Serraħli qalbi fi Kristu.

21Ktibtlek għax jiena żgur li int tisma’ minni, anzi jiena naf li se tagħmel aktar minn hekk.

22Fl-istess ħin ħejjili kamra, għaliex nittama li bis-saħħa tat-talb tagħkom nerġa’ ningħata lilkom.

L-aħħar tislijiet

23Iselli għalikom Epafra priġunier miegħi għal Kristu Ġesù;Kol 1,7; 4,12.

24Marku, Aristarku, Dema, Luqa, sħabi fix-xogħol.Atti 12,12-25; 13,13; 15,37-39; Kol 4,10-14; 2 Tim 4,10-11.

25Il-grazzja tal-Mulej Ġesù Kristu tkun magħkom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help