1Hallelujah!
Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej!
2Infaħħar il-Mulej tul ħajti kollha;
ngħanni lil Alla tiegħi kemm indum ħaj.
3La tittamawx fil-kbarat,
għax il-bniedem ma jsalvakomx.
4Malli toħroġ ruħu, lejn l-art jerġa’ jmur;
jintemmu dakinhar ħsibijietu.
5Hieni min f’Alla ta’ Ġakobb isib l-għajnuna tiegħu,
min għandu t-tama fil-Mulej, Alla tiegħu,
6li għamel is-sema, l-art u l-baħar,
u kulma jinsab fihom;
hu li jżomm kelmtu għal dejjem,
7li jagħmel ħaqq lill-maħqurin,
u jagħti l-ħobż lill-imġewħin.
Il-Mulej li jeħles lill-imjassrin;
8il-Mulej li jiftaħ għajnejn l-għomja;
il-Mulej li jerfa’ lill-milwijin;
il-Mulej li jħobb lill-ġusti;
9il-Mulej li jħares lill-barranin;
hu li jżomm lill-iltim u lill-armla,
imma lill-ħżiena jħarbtilhom triqathom.
10Il-Mulej isaltan għal dejjem;
Alla tiegħek, Sijon, minn nisel għal nisel.
Hallelujah!
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.