1Ħaddiem xurban ma jistagħniex;
min jistmerr ħwejjeġ żgħar,
bil-mod il-mod jaqa’ fil-kbar.
2Inbid u nisa jħarbtu ’l min għandu s-sens,
u min jitħallat ma’ nisa żienja, hu bla kont għall-aħħar.
3Jirtuh it-taħsir u d-dud;
u min hu bla kont jinħataf mid-dinja.Kontra l-kliem żejjed
4Min jgħaġġel biex jemmen moħħu ħafif,
u min jidneb jagħmel ħsara lilu nnifsu.
5aMin jifraħ bil-ħażen isir ħaqq minnu,
5b u min jiċċaħħad mill-pjaċiri jagħmel ġieħ lilu nnifsu.
6a Min iliġġem ilsienu jgħix mingħajr tilwim.
6bU min jobgħod it-tpaċpiċ jonqoslu l-ħażen.
7Qatt ittenni kelma li tkun smajt,
u xejn ma jonqoslok minn dak li għandek.
8Twassalhiex la lill-ħabib u lanqas lill-għadu,
u jekk ma jkunx dnub għalik, tikxifhiex.
9Għax min semgħek u qagħad għassa tiegħek
maż-żmien isir jobogħdok.
10Smajt kelma? Għandha tmut miegħek.
Tibża’ xejn, mhux se tikkriepa!
11Minħabba kelma l-iblah ibati,
bħal mara se tiled minħabba t-tarbija.
12Bħal vleġġa mwaħħla f’koxxa ta’ ġisem,
hekk hi kelma fil-ġewwieni tal-iblah.
Temminx kulma tisma’13Stħarreġ lil ħabib; għandu mnejn qatt m’għamel xejn,
biex jekk għamel xi ħaġa, qatt ma jerġa’.
14Stħarreġ il-ġar tiegħek; għandu mnejn qatt ma qal xejn,
biex jekk qal, qatt ma jerġa’.
15Stħarreġ mingħand ħabib għax ħafna drabi jingħad il-gideb,
u temminx kulma tisma’.
16Hemm min jiżloq, imma mhux għax irid.
Min ma jiżbaljax b’ilsienu?
17aStħarreġ ġarek qabel theddu,
u ħalli post għal-Liġi tal-Għoli,
17b u la tagħdabx.
18 Il-Mulej jilqgħek jekk għandek il-biża’ tiegħu;
u jħobbok jekk għandek għerfu.
19 L-għarfien tal-kmandamenti tal-Mulej hu tagħlim li jagħti l-ħajja,
u dawk li jagħmlu li jogħġob lilu jiġbru l-frott mis-siġra tal-ħajja.
L-għerf veru u l-għerf falz20aL-għerf kollu qiegħed fil-biża’ tal-Mulej;
u f’kull għerf hemm il-ħarsien tal-Liġi
20b u l-għarfien tas-setgħa tiegħu li jagħmel kollox.
21 L-ilsir jgħid lil sidu: “Ma nagħmilx dak li trid.”
Imqar jekk wara dan jagħmlu, jgħaddab lil dak li qed iżommu.
22M’hemmx għerf fit-tagħlim tal-ħażen,
u m’hemmx għaqal fejn hemm il-parir tal-midinbin.
23Hemm għaqal ħażin ta’ min jistmerru,
imma hemm ukoll l-iblah li jonqsu l-għerf.
24Aħjar min hu nieqes minn moħħu,
imma jibża’ minn Alla,
minn min hu bil-għaqal iżżejjed, imma jikser il-Liġi.
25Hemm għaqal ħażin, imma inġust;
u hemm min jinqeda bil-ħażen ta’ moħħu, biex jikseb li jkun ħaqqu.
26Hemm min b’ħażen ibaxxi rasu u juri wiċċ imnikket,
imma minn ġewwa hu mimli qerq.
27Jaħbi wiċċu u jilgħabha tat-trux,
imma, meta ħadd ma jarah, jaqlibhielek.
28U jekk għax tonqsu l-ħila ma jidnibx,
meta jiġih il-waqt jagħmel id-deni.
29Bniedem jingħaraf mid-dehra tiegħu,
u bniedem għaref jingħaraf minn wiċċu.
30Il-libsa ta’ bniedem, id-daħk fuq fommu,
u mixjitu, juruk x’inhu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.