1 TIMOTJU 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3L-għażla tal-isqof

1Din hi kelma ta’ min joqgħod fuqha: min jixtieq ix-xogħol ta’ isqof jixtieq xogħol sabiħ.

2Jeħtieġ, imma, li l-isqof ikun bniedem li ma ssibx xi tgħid fih; li jkun raġel ta’ mara waħda; li jkun meqjus, prudenti, serju; li jilqa’ l-barranin, jaf jgħallem;L-għażla tad-djakni

8Hekk ukoll id-djakni: għandhom ikunu nies serji, li ma jilagħbux bil-kliem, ma jkunux mogħtija żżejjed għall-inbid, anqas għall-qligħ baxx tal-flus;

9għandhom iżommu sħiħ il-misteru tal-fidi b’kuxjenza safja.

10Dawn ukoll għandhom l-ewwel jgħaddu mill-prova; imbagħad, jekk wieħed ma jsib xejn xi jgħid fihom, ikunu jistgħu jaqdu bħala djakni.

11Hekk ukoll in-nisa tagħhom għandhom ikunu serji, ma jqassux fuq l-oħrajn, ikunu meqjusa fl-imġiba tagħhom u ta’ min jafdahom f’kollox.

12Id-djakni jkunu rġiel li ma jkunux miżżewġin ma’ aktar minn mara waħda, u li jkunu jafu jmexxu ’l uliedhom u ’l djarhom sewwa.

13Għax dawk li jaqdu dmirhom sewwa bħala djakni jiksbu ġieħ għoli għalihom infushom u fiduċja kbira fil-fidi li hi fi Kristu Ġesù.

Il-misteru tar-reliġjon tagħna

14Qiegħed niktiblek dan, għalkemm għandi tama qawwija li ma ndumx ma niġi għandek.

15Imma biex, jekk indum ma niġi, tkun taf kif wieħed għandu jġib ruħu fid-dar ta’ Alla, li hi l-Knisja ta’ Alla l-ħaj, kolonna u pedament tal-verità.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help