1U Sansun niżel f’Timna, u hemm xeħet għajnejh fuq mara mill-bniet tal-Filistin..”
5U Sansun u missieru u ommu niżlu f’Timna; u xħin waslu fl-oqsma tad-dwieli ta’ Timna, Sansun jilmaħ ferħ ta’ ljun jgħajjat riesaq lejh.
6L-ispirtu tal-Mulej ħakem lil Sansun u dan tertqu bħalma wieħed itertaq gidi; ma kellu xejn f’idu, u lil missieru u lil ommu ma wriehom xejn x’kien għamel. biex joqogħdu miegħu.
12U Sansun qalilhom: “Ħa ngħidilkom ħaġa moħġaġa, jekk tfissruhieli sewwa matul is-sebat ijiem tal-festa u ssibuha, nagħtikom tletin qmis tal-għażel u tletin tibdila ħwejjeġ.
16U mart Sansun bdiet tibki quddiemu u tgħidlu: “Int tobgħodni, u ma tħobbnix. Int għedt ħaġa moħġaġa lil ulied il-poplu tiegħi, u lili ma fissirthilix.” U hu weġibha: “Jekk jien ma fissirthiex lil ommi u lil missieri, se nfissirha lilek?”
17U damet tibki quddiemu għas-sebat ijiem li damet il-festa. Fis-seba’ jum fissirhielha għax dejqitu, u hi mbagħad fissritha lil ulied il-poplu tagħha.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.