1Dak inhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm.L-iskop tal-parabboli(Mk 4,10-12.25; Lq 8,9-10)
10Resqu lejh id-dixxipli u staqsewh: “Għaliex tkellimhom bil-parabboli?”
11Hu weġibhom: “Għax lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti.
u tħarsu kemm tħarsu ma tarawx.
15 Għax il-qalb ta’ dan il-poplu twebbset:
kienu tqal biex jisimgħu b’widnejhom,
u għalqu għajnejhom
li ma jmorrux jaraw b’għajnejhom,
u jisimgħu b’widnejhom
u jifhmu b’moħħhom,
u hekk ibiddlu ħajjiethom
u jiena nfejjaqhom.’
16“Intom, iżda, henjin għajnejkom, għax qegħdin jaraw; henjin widnejkom, għax qegħdin jisimgħu.Il-parabbola taż-żerriegħa tal-mustarda(Mk 4,30-32; Lq 13,18-19)
31Ġabilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu.Il-parabbola tal-ħmira(Lq 13,20-21)
33Qalilhom parabbola oħra: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil ftit ħmira li waħda mara tkun qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sa ma tkun għoliet l-għaġna kollha.”L-użu tal-parabboli(Mk 4,33-34)
34Dan kollu Ġesù qalu bil-parabboli lin-nies, u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom,
35biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal:
‘Niftaħ fommi bil-parabboli,
nitkellem fuq ħwejjeġ
moħbija sa mit-twaqqif tad-dinja.’ Ġesù jfisser il-parabbola tas-sikrana
36Imbagħad ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa.”Il-parabbola tat-teżor moħbi
44“Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa.Il-parabbola tal-ġawhra
45“Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin;
46meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kulma kellu u xtara lilha.
Il-parabbola tax-xibka47“Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox.
48Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin.
49Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti,
50u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien.Il-qadim u l-ġdid
51“Kollu fhimtuh dan?” “Iva,” qalulu.
52U hu qalilhom: “Għalhekk kull kittieb li jkun sar dixxiplu tas-Saltna tas-Smewwiet jixbah lil wieħed sid li, mill-ħażna tiegħu, joħroġ sew il-ġdid u sew il-qadim.”
In-nies ta’ Nazaret ma jilqgħux lil Ġesù(Mk 6,1-6; Lq 4,16-30)53Meta mbagħad Ġesù temm dawn il-parabboli, telaq minn hemm. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa tal-għaġeb? Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda?Mt 12,46; Lq 3,23; Ġw 6,42.
56U ħutu l-bniet mhumiex kollha magħna? Mnejn ġieh dan kollu?”
57U tfixklu minħabba fih. Imma Ġesù qalilhom: “Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f’pajjiżu u daru stess.”Mt 11,6; 26,31; Ġw 4,44.
58U hemmhekk ma għamilx ħafna mirakli minħabba n-nuqqas ta’ fidi tagħhom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.