1Kien hemm raġel mit-tribù ta’ Benjamin li kien jismu Kis bin Abijel, bin Serur, bin Bekorat, bin Afijaħ, bin wieħed mit-tribù ta’ Benjamin, bniedem qalbieni u għani.
3Darba waħda Kis, missier Sawl, intilfulu xi ħmariet, u Kis qal lil Sawl ibnu: “Ħu miegħek wieħed mill-qaddejja, u aqbad u mur fittex il-ħmariet.”
4Daru l-muntanji ta’ Efrajm u l-art ta’ Salisa, u ma sabu xejn; għaddew mill-art ta’ Sagħlim, xejn; u mill-art ta’ Benjamin, u ma sabu xejn.
5Daħlu fl-art ta’ Suf, u Sawl qal lill-qaddej li kellu miegħu: “Ejja nerġgħu lura; għandu mnejn missieri ma għadux jaħseb fil-ħmariet, u qiegħed jitħasseb fuqna.”
6U l-qaddej wieġbu: “Ara, f’din il-belt hawn raġel, bniedem ta’ Alla, raġel stmat; kulma jgħid, iseħħ. Issa mmorru hemm; għandu mnejn jgħidilna xi ħaġa fuq l-iskop li għalih qbadna t-triq.”; int agħtiha lir-raġel ta’ Alla u hu jurina triqtna.” -
9Dari f’Iżrael hekk kien jgħid xi ħadd meta kien imur jistaqsi lil Alla: “Ejja mmorru għand il-veġġent, dak li jara,” għax dak li llum isejħulu profeta, dari kienu jsejħulu veġġent. -
10U Sawl qal lill-qaddej tiegħu: “Sewwa qiegħed tgħid. Ejja mmorru.” U marru lejn il-belt fejn kien hemm ir-raġel ta’ Alla.
11Huma u telgħin it-telgħa tal-belt iltaqgħu ma’ xi xbejbiet ħierġa jimlew l-ilma u qalulhom: “Hawn joqgħod il-veġġent, dak li jara?”.
18U Sawl resaq fuq Samwel f’nofs il-bieb u staqsieh: “Għidli, jekk jogħġbok, fejn hi d-dar tal-veġġent.”
19Samwel wieġbu: “Jiena hu l-veġġent. Itla’ qabli fuq l-għolja. Illum tieklu miegħi. Inħallik tmur għada filgħodu kmieni u nurik kulma għandek f’qalbek.
20Għall-ħmariet imbagħad li ntilfulek tlitt ijiem ilu, tħabbilx rasek, għax sabuhom. U ta’ min se jkun l-egħżeż ġid ta’ Iżrael? Mhux tiegħek u tad-dar kollha ta’ missierek?”
21U Sawl wieġeb u qallu: “M’iniex jien Benjamini mill-iżgħar fost it-tribù ta’ Iżrael, u l-familja tiegħi mhijiex l-iżgħar fost il-familji tat-tribù ta’ Benjamin? Għaliex qiegħed tkellimni hekk?”
22Samwel ħa lil Sawl u l-qaddej tiegħu, u daħħalhom fl-għorfa, u tahom post f’ras il-mistednin, li kienu xi tletin ruħ.
23U Samwel qal lill-kok: “Newwel is-sehem li tajtek u li għedtlek: żommu għandek.”
24U l-kok ħa l-koxxa u s-sieq, u qegħedhom quddiem Sawl, u Samwel qallu: “Ara, dak li rfajtlek qiegħed quddiemek. Kul, għaliex kien merfugħ għalik għal din il-festa li għaliha stedint il-poplu.” Dakinhar Sawl kiel ma’ Samwel.
25Imbagħad niżlu mill-għolja lejn il-belt, firxu mitraħ lil Sawl fuq is-setaħ, u raqad hemm.
Sawl ikkonsagrat sultan26Malli beda jbexbex Samwel sejjaħ lil Sawl fuq is-setaħ u qallu: “Qum ħa nibagħtek lura.” U Sawl qam u ħarġu t-tnejn barra, hu u Samwel.
27Huma u neżlin f’tarf il-belt Samwel qal lil Sawl: “Għid lill-qaddej jgħaddi qabilna, u inti oqgħod hawn illum, biex insemmgħek il-kelma ta’ Alla.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.