ĠUDITTA 1 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 1Gwerra bejn l-Assirja u l-Medja

1Kienet is-sena tnax tas-saltna ta’ Nabukodonosor sultan tal-Assiri, fil-belt kbira ta’ Ninwè, fi żmien Arfaksad, sultan tal-Medi, fil-belt ta’ Ekbatana., u l-witat ta’ Arjok, sultan tal-Għelamin. Hekk ingħaqdu flimkien ħafna ġnus biex jgħinnu lil ulied Kelewd.

7Nabukodonosor, sultan tal-Assiri, bagħat messaġġiera lill-popli li jgħammru fil-Persja u lil dawk li jgħammru fil-Punent: iċ-Ċiliċja, Damasku, il-Libanu, u l-Antilibanu, u matul ix-xtut tal-baħar;

8u lill-popli tal-Karmel u ta’ Gilgħad, u tal-Galilija ta’ fuq, u l-medda l-kbira ta’ Esdrelon;

9u n-nies kollha tas-Samarija, u l-ibliet tagħha, u l-inħawi tan-naħa l-oħra tal-Ġordan sa Ġerusalemm, u Betani, u Kelus u Kades sax-xmara tal-Eġittu, u Tafnes u Ragħmses, u l-art kollha ta’ Gosen,

10sa lil hinn minn Tani u Memfi, u n-nies kollha li jgħammru fl-Eġittu, sal-fruntieri tal-Etjopja.

11Iżda n-nies ta’ dawn l-artijiet, kollha kemm huma, ma tawx widen għall-kliem ta’ Nabukodonosor, sultan tal-Assiri, u anqas ma marru jgħinuh fil-gwerra, għax ma kinux jibżgħu minnu. Għalihom kien bniedem bħal ħaddieħor u bagħtu lura l-messaġġiera tiegħu quddiemu bla ġieħ u b’idejhom vojta.

12Nabukodonosor saħan bis-sħiħ kontra dawn l-artijiet kollha, u ħalef fuq it-tron u s-saltna tiegħu li jivvendika ruħu mill-inħawi kollha taċ-Ċiliċja, Damasku u s-Sirja, u jeqred bix-xabla tiegħu n-nies ta’ Mowab, u wlied Għammon, u n-nies li jgħammru fil-Lhudija, u ’l dawk kollha tal-Eġittu, sa trufijiet iż-żewġt ibħra.

13Fis-sena sbatax tas-saltna tiegħu Nabukodonosor ħareġ bl-eżerċtu tiegħu kontra s-sultan Arfaksad, u għelbu fil-battalja; u ħarbat l-eżerċtu kollu ta’ Arfaksad bil-kavallerija u l-karrijiet kollha tiegħu.

14Ħataf f’idejh l-ibliet kollha tiegħu, u wasal sa Ekbatana, ħatt it-torrijiet tagħha, ħarbat il-pjazez tagħha, u biddel ġmielha f’għajb.

15Imbagħad qabad lil Arfaksad fuq il-muntanji ta’ Ragaw, u hemm nifdu bil-vleġeġ, u qerdu darba għal dejjem.

16Imbagħad Nabukodonosor raġa’ lura f’Ninwè, hu u l-eżerċtu mħallat tiegħu, kotra kbira ta’ gwerriera, u baqa’ hemm għal mija u għoxrin jum, jistrieħ u jixxala.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help